Help of Christians – Bishop Galea-Curmi
24/05/2022 The Church of Sacred Heart of Jesus (St Patrick), Tas-SliemaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Il-festa ta’ Marija Għajnuna tal-Insara hi festa li issa ilha żmien twil tiġi ċċelebrata fil-Knisja. Dejjem kienet marbuta mal-għajnuna li Marija tagħti lill-Knisja, lilna lkoll, fid-diffikultajiet tal-ħajja tagħna.
Fil-fatt kien għamilha festa l-Papa Piju VII li kien ntefa’ l-ħabs fi Franza minn Napuljun, u meta rritorna lura minn Franza, wasal Ruma proprju fl-24 ta’ Mejju 1814. U ried li mis-sena ta’ wara, dakinhar tkun iċċelebrata l-festa ta’ Marija Għajnuna tal-Insara, bi gratitudni lejn Marija u l-għajnuna tagħha fi żmien diffiċli… Read more »