Homilies by the Auxiliary Bishop

He is our saviour – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mulej, jekk huwa int, ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma” (Mt 14:28). Dan huwa l-kliem li qal Pietru lil Ġesù, f’din il-ġrajja li għadna kif smajna meta Ġesù kien qed jimxi fuq il-baħar. Għall-bidu, id-dixxipli li kienu fid-dgħajsa jitħabtu mal-mewġ, bir-riħ kontra tagħhom, ħasbu li dan kien xi fantażma. Imma Ġesù qalilhom: “Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn” (Mt 14:27).

Kien kif qal hekk li Pietru ried li jmur ħdejh… Read more »

They got lost in the riches – Bishop Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tfixklu minħabba fih”(Mt 13:57) . Dan hu li naqraw fl-Evanġelju llum skont San Mattew, dwar in-nies li semgħu lil Ġesù fis-sinagoga. Mal-ewwel tolqotna dil-kelma, għax kif tista’ titfixkel minħabba Ġesù?

Li kieku Ġesù kien qed jitkellem u jgħidilhom xi tagħlim li kien kontra dak li kienu jemmnu, tifhem li jitfixklu. Kieku Ġesù kien qed jitkellem b’lingwa li ma jifhmuhiex, jew xi ħaġa astratta, tifhem li jitfixklu… Read more »

A big fortune – Bishop Galea-Curmi

  The Parish Church of St Anne, Marsaskala

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“X’xorti kellha dik Sant’Anna, il-Bambin jgħidilha nanna,
Xortih tajba San Ġwakkin, nannu jgħidlu l-Bambin!”

Din it-taqbila popolari fil-folklor Malti tfisser b’mod tajjeb ħafna l-festa li qed niċċelebraw illum, li hija l-festa ta’ Sant’Anna, patruna ta’ din il-parroċċa ta’ Wied il-Għajn, u fl-istess waqt b’enfasi partikulari fuq in-nanniet. Dan għaliex illum Sant’Anna qed tfakkarna dak li smajna lil Ġesù jgħid fl-Evanġelju, u li jgħodd ħafna għaliha u għar-raġel tagħha San Ġwakkin: “Ħenjin għajnejkom għax qegħdin jaraw, ħenjin widnejkom għax qegħdin jisimgħu” (Mt 13:16)… Read more »

It is in our hands if we allow His Word to reap fruit within us – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-parabbola tal-bidwi li ħareġ jiżra’ hija parabbola li għandha messaġġ importanti ħafna għall-ħajja tagħna. Hawnhekk Ġesù jispjega din il-parabbola ta’ dan il-bidwi li kien qed jiżra’, u ż-żerrigħat waqgħu f’erba’ postijiet differenti: mal-mogħdija, f’art kollha blat, qalb ix-xewk u f’art tajba, ħamrija tajba. U l-messaġġ li qed jagħti Ġesù f’din il-parabbola, l-ewwel nett hu li ż-żerriegħa, li hi l-Kelma ta’ Alla, għandha l-qawwa li tagħmel il-frott… Read more »

Let us receive in our hearts the seeds of His Word – Bishop Galea-Curmi

  Parish Church, Ħal Balza

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Iż-żerriegħa waqgħet f’art tajba u għamlet il-frott”.  Dan hu li għidna fis-Salm Responsorjali għal aktar minn darba, b’rabta ma’ dak li smajna fl-Evanġelju llum – il-parabbola li qal Ġesù tal-bidwi li ħareġ jiżra’.

Nixtieq li nħarsu lejn il-kelma ta’ Alla llum, u nifhmu ftit l-enfasi li hawn fuq din il-kelma ta’ Alla li minnha nnifisha hi kelma qawwija imma li fl-aħħar mill-aħħar jiddependi minna jekk tagħmilx il-frott fina… Read more »

Let’s bear witness without fear – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

San Kalċedonju kien wieħed mill-martri tal-ewwel żminijiet tal-Knisja. Ma nafux dettalji fuqu ħlief li kien martri, imma nafu bih għax il-Papa Benedittu XIV kien ta r-relikwa tiegħu – il-korp li fuqu kien hemm miktub “Calcedonius in pace” – lill-Ġiżwiti li kienu hawnhekk f’dan il-post. Għalhekk hawn din id-devozzjoni speċjali lejh. Imbagħad minn hawn xterdet id-devozzjoni fi Sqallija, l-ewwel f’Palermo fejn ittieħdet ukoll relikwa tiegħu, u f’postijiet oħra fi Sqallija u fl-Italja… Read more »

Among the wheat and rye – Bishop Galea-Curmi

  Parish Church, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mingħajr xi parabbola ma kienx ikellimhom” (Mt 13:34). Dan hu li naqraw illum fl-Evanġelju skont San Mattew, fejn insibu lil Ġesù jgħid tliet parabboli differenti, li għandhom ħafna x’jgħidulna għall-ħajja tagħna. Nistedinkom biex inħarsu lejn xi punti li joħorġu b’mod ċar ħafna minn din il-Kelma ta’ Alla.

Niddistingwu t-tajjeb mill-ħażin

Il-parabbola li jirrakkonta Ġesù tal-qamħ u s-sikrana turina li fil-ħajja tagħna jeżisti t-tajjeb u jeżisti l-ħażin… Read more »

A choice without compromises – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Taħsbux li jiena ġejt inġib il-paċi fuq l-art” (Mt 10:34). Dan huwa li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Mattew, lill-appostli tiegħu, u kif nisimgħu dil-kelma żgur li ninħasdu. Dan mhuwiex Ġesù li dejjem nassoċjawh mal-paċi, sa minn meta twieled? Niftakru l-anġli jħabbru lir-rgħajja: “Paċi fl-art lill-bnedmin li jogħġbu lilu” (Lq 2:14) – li jogħġbu lil Alla. Ġesù nnifsu fil-Beatitudnijiet, kien qal: “Ħenjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla” (Mt 5:9)… Read more »

Let us be careful – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Oqogħdu attenti mill-bnedmin!” (Mt 10:17) Dan huwa l-kliem li jgħid Ġesù lill-appostli tiegħu llum, fl-Evanġelju skont San Mattew. Jgħid dan il-kliem mhux biex inissel il-biża’ jew l-ansjetà fl-appostli tiegħu, imma biex jgħinhom ħalli jagħrfu joqogħdu attenti.

Hawnhekk Ġesù jsemmi erba’ tipi ta’ annimali, b’mod figurattiv, u jwassal messaġġ tajjeb ħafna permezz tagħhom, messaġġ li nistgħu nifhmuh. Jgħid: “qed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup” (Mt 10:16)… Read more »

A blessing to us all – Bishop Galea-Curmi

  Saint Anne's Church, Birgu

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Issa x’se jmissna?” (Mt 19:27) Dan huwa l-kliem li smajna lil Pietru jgħid lil Ġesù fl-Evanġelju llum: x’se jmissna, issa li aħna mxejna warajk? F’moħħu dak iż-żmien kellu x’se jakkwista. U din hija fil-fatt mentalità mifruxa fis-soċjetà: jien x’se nieħu, x’se nakkwista, x’se jkolli jien f’idejja?

Qegħdin nagħmlu llum il-Festa ta’ San Benedittu li f’ħajtu ma kinitx din il-mistoqsija li staqsa – “x’se jmissna?” – anzi hu ra mhux x’se jieħu, imma x’se jkun kif irid Alla, imbagħad x’se jagħti… Read more »