Homilies by the Auxiliary Bishop

We should care about others – Bishop Galea-Curmi

  Parish Church, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu” (Mt 18:15). Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù lid-dixxipli tiegħu fl-Evanġelju llum, meta jitkellem fuq kif għandha tkun il-ħajja tal-komunità Nisranija. Id-diskors li qed jagħmel hawn hu proprju fuq kif l-Insara għandhom jgħixu fil-komunità.

Hawn jgħid kemm hu importanti li, fejn meħtieġ, tiġbed l-attenzjoni ta’ min ikun żbalja. Meta tagħmel hekk, tkun qed tgħin lill-persuna u lill-komunità… Read more »

She was guided by love – Bishop Galea-Curmi

  Parish Church, Bormla

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jekk Alla ħabbna daqshekk, aħna wkoll għandna nħobbu lil xulxin” (1 Ġw 4:11). Din is-sentenza mill-Ewwel Ittra ta’ San Ġwann hi sentenza li tiġbor l-essenzjal tal-ħajja ta’ Santa Tereża ta’ Kalkutta. Hi emmnet li l-isbaħ fil-ħajja hi proprju l-imħabba. Għax aħna maħbubin minn Alla, għandna wkoll ngħixu din l-imħabba li hu jqiegħed fina u nuruha mal-oħrajn, speċjalment dawk li għandhom l-aktar bżonn, l-ifqar fost il-fqar… Read more »

The feast of Our Lady of Victory celebrates the triumph of life – Bishop Galea-Curmi

Pontifical Mass on the eve of Victory Day

  The Church of the Nativity of Our Lady, Naxxar

Homily by Bishop Joseph Galea-Curmi

The national feast of Our Lady of Victory is an important feast for the Maltese. Tomorrow, 8 September, the birth of Our Lady is celebrated worldwide. This feast has a very special link with our history. We call it Our Lady of Victory because we commemorate the end of the Great Siege in 1565, and the end of the Siege during the Second World War when Italy surrendered eighty years ago, in 1943… Read more »

When the crowd loses its head – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Meta semgħu dan fis-sinagoga, kulħadd imtela bil-korla” (Lq 4:28). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju llum skont San Luqa, meta Ġesù kien qed jitkellem fis-sinagoga. Kulħadd imtela fil-korla, imma ma waqfux hemm. Saru vjolenti. Fil-fatt l-Evanġelju jgħid li qamu, ħarġu lil Ġesù barra mill-belt, ħaduh fuq xifer ta’ rdum tal-għolja li fuqha kienet mibnija l-belt tagħhom biex jixħtuh minn hemm fuq għal isfel… Read more »

Embracing the cross while combatting what is wrong – Bishop Galea‑Curmi

Mass on the 22nd Sunday of Ordinary Time

  The Church of St Francis, Birkirkara

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Itlaq minn quddiemi, ja xitan” (Mt 16:23). Dan hu l-kliem li smajna lil Ġesù jgħid fl-Evanġelju llum. U lil min jgħidu? Minn kulħadd, jgħidu lil Pietru, li hu ried li jkun il-kap tal-Knisja! Fil-fatt jolqotna dan il-kliem, meta proprju ftit qabel, Ġesù kien qallu: “Inti, Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi” (Mt 16:18). Għaliex jgħidlu f’mument minnhom li se jibni l-Knisja fuqu, fuq din il-blata, u ftit wara jgħidlu “itlaq minn quddiemi, ja xitan”? … Read more »

Between foolishness and care – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin” (Mt 25:2). Hekk jiddeskrivi Ġesù lil dawn l-għaxar xebbiet tal-parabbola. U mal-ewwel jurina li jrid jagħti messaġġ, meta jgħid li minn dawn l-għaxar xebbiet, ħamsa kienu boloh u ħamsa għaqlin.

Meta naqraw din il-parabbola, kultant l-ewwel ma jiġi f’moħħna hu: imma dawn ix-xebbiet li kellhom iż-żejt fil-kwies ma setgħux għenu lill-oħrajn li ma kellhomx, jagħtuhom xi ftit? … Read more »

Blessed are we when we fulfil our duty – Bishop Galea-Curmi

  Villa Messina, Rabat

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ħieni dak il-qaddej li sidu jiġi u jsibu jaqdi dmiru” (Mt 24:46). Dan hu l-kliem li smajna lil Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu fl-Evanġelju llum, meta qed jispjegalhom il-mument li l-Mulej isejħilhom għal għandu. Ġesù jgħid kemm hu importanti li aħna naqdu dmirna, u li l-Mulej, meta jsejħilna, isibna qed naqdu dmirna.

Jista’ jkun li meta nisimgħu l-kliem ta’ Ġesù, speċjalment l-aħħar parti tal-Evanġelju llum, naħsbu li l-kliem tiegħu qabbdek il-biża’… Read more »

Servant of the servants of God – Bishop Galea-Curmi

  Il-Parroċċa ta’ San Girgor il-Kbir, Tas Sliema

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jien ġejt biex ikollkom il-ħajja u l-ħajja bil-kotra” (Ġw 10:10). Din is-sentenza mill-Evanġelju li għadna kif smajna skont San Ġwann, fejn Ġesù jitkellem fuqu nnifsu bħala r-ragħaj it-tajjeb, naraha tiġbor b’mod sabiħ ħafna l-ħajja ta’ San Girgor il-Kbir.

San Girgor għex ħafna snin ilu. Twieled għall-ħabta tas-sena 540. Kien imdaħħal mill-bidu fil-ħajja pubblika, kien minn familja nobbli, mal-ewwel kien impenjat fis-soċjetà fl-amministrazzjoni, u sar prefett ta’ Ruma… Read more »

Save us from hypocrisy – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej” (Mt 23:13). Dan hu li Ġesù jirrepeti għal tliet darbiet f’din is-silta mill-Evanġelju skont San Mattew, u din is-silta hi parti minn diskors itwal fejn Ġesù jirrepeti għal diversi drabi “Ħażin għalikom”.  Jolqotna dan il-kliem, għax minn fomm Ġesù ħafna drabi nisimgħu kliem differenti. Niftakru fl-istess Evanġelju skont San Mattew meta lid-dixxipli jgħidilhom “Henjin” (Mt 5:3-11)… Read more »

Faith in the living Son of God – Bishop Galea-Curmi

  Parish Church, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Waħda mill-espressjonijiet li kultant nisimgħu hi: “in-nies dejjem għandhom raġun”. Meta jkun hemm xi surveys li juri n-nies x’jaħsbu, ikun hemm dal-kumment kultant: in-nies dejjem għandhom raġun. Li tgħid li dejjem hemm raġuni għal dak li jaħsbu n-nies hu veru, imma li tgħid li n-nies, f’dak li jaħsbu, dejjem għandhom raġun, hu falz.

L-Evanġelju tal-lum jurina, fil-fatt, kemm dan hu żbaljat… Read more »