Homilies by the Auxiliary Bishop

Spirit of power, love and self-discipline – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Alla ma taniex spirtu ta’ biża’ imma Spirtu ta’ qawwa, ta’ imħabba u ta’ rażan” (2Tim 1:7). Dan hu li San Pawl jgħid lil Timotju fit-tieni Ittra tiegħu – smajniha fl-ewwel qari – u dan jiġbor ukoll il-messaġġ li Ġesù ta lil dawn it-72 dixxiplu li hu għażel biex imorru “qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu” (Lq 10:1)… Read more »

Some throw the net, others fix it – Bishop Galea-Curmi

  Parish Church, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla” (Mk 1:14). Dan hu l-mod kif jiftaħ l-Evanġelju tal-lum, skont San Mark, u mal-ewwel l-enfasi hi fuq il-kelma: il-kelma li Ġesù jwassal li hi l-Aħbar it-Tajba. Għalhekk ‘l-Evanġelju’ – kelma li tfisser l-Aħbar it-Tajba.

F’dan il-Ħadd partikolari – it-Tielet Ħadd tas-Sena – il-Papa Franġisku jistedinna nirriflettu b’mod speċjali fuq il-kelma ta’ Alla, li għandha tkun kelma li aħna nisimgħu, li sservi ta’ ispirazzjoni għall-ħajja tagħna, u li aħna nwasslu lill-oħrajn… Read more »

First stay with him, then work for him – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tela’ fuq l-għolja” (Mk 3:13). Hekk naqraw fuq Ġesù fl-Evanġelju skont San Mark. Mal-ewwel, kif naraw li “tela’ fuq l-għolja”, hu ċar li se jkollna ġrajja ta’ importanza kbira, għaliex fl-Iskrittura l-għolja hi dejjem il-post fejn hemm manifestazzjoni speċjali ta’ Alla jew ġrajja partikulari. Fil-fatt, hawnhekk Ġesù jagħżel it-tnax-l appostlu, u għandna wkoll ismihom f’din is-silta. 

Nixtieq li naraw din is-silta qasira u sabiħa li fiha hemm diversi punti li jolqtu lilna lkoll fil-ħajja tagħna… Read more »

Between the old and the new – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għaliex…id-dixxipli tiegħek ma jsumux?” (Mk 2:18) Din hija l-mistoqsija li għamlu lil Ġesù, kif naraw fl-Evanġelju skont San Mark, u jagħmluhielu d-dixxipli ta’ Ġwanni u l-Fariżej li kienu huma sajmin imma nnutaw li d-dixxipli ta’ Ġesù ma kinux qed isumu bħalma kienu qed jagħmlu huma. Innutaw li l-mistoqsija lil Ġesù mhijiex għaliex hu mhux qed isum, imma għax id-dixxipli tiegħu – u għalhekk b’xi mod qisu responsabbli hu – għaliex dawn mhumiex qed isumu… Read more »

We follow him – Bishop Galea-Curmi

  Parish Church, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Marru wara Ġesù” (Ġw 1:37). Dawn it-tliet kelmiet fl-Evanġelju skont San Ġwann illum fuq iż-żewġ dixxipli jfissru l-bidla li seħħet fil-ħajja tagħhom. Dawn it-tnejn kienu dixxipli ta’ Ġwanni l-Battista u meta Ġwanni uriehom lil Ġesù u qal “Araw il-Ħaruf ta’ Alla” (Ġw 1:36), dawn it-tnejn “marru wara Ġesù”. Ma kinux kuntenti li rawh u daqshekk, ma qalux lil Ġwanni “grazzi tal-informazzjoni” u komplew bil-ħajja tagħhom… Read more »

Stay with him – Bishop Galea-Curmi

  Saint John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Marru… raw… u baqgħu miegħu” (Ġw 1:39). Dawn it-tliet kelmiet għadna kif smajnihom fl-Evanġelju tal-lum dwar dawk iż-żewġ dixxipli li kienu mixjin wara Ġesù. Huma kienu dixxipli ta’ Ġwanni l-Battista, u meta Ġwanni qalilhom “Araw il-Ħaruf ta’ Alla” (Ġw 1:36), huma mxew wara Ġesù li beda djalogu magħhom. Ġesù staqsihom x’riedu, huma staqsewh fejn joqgħod, u Ġesù għamlilhom stedina: “ejjew u taraw” (Ġw 1:39)… Read more »

A hole in the ceiling – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Bl-Ingliż hemm espressjoni li tgħid: “Where there is a will, there is a way”. Naraha li tispjega b’mod tajjeb ħafna l-ġrajja li smajna llum mill-Evanġelju skont San Mark, fejn hemm dawn l-erbgħa min-nies li refgħu lil dan li kien mifluġ, u riedu jeħduh quddiem Ġesù. Riedu li jwassluh hemmhekk, quddiemu, akkost ta’ kollox. Meta waslu, sabu n-nies, ġewwa mimli fejn kien qed jitkellem Ġesù, barra wkoll, ma setgħux jgħaddu, u qalu: xorta neħduh quddiem Ġesù! … Read more »

The awe of our lives – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ġej warajja min hu aqwa minni” (Ġw 1:7). Dan hu li jgħid illum, fl-Evanġelju skont San Mark, San Ġwann Battista meta qed iħabbar li ġej Ġesù. U dejjem fuq hekk jinsisti San Ġwann Battista: li hu qiegħed hemm biex jipprepara lin-nies għal Ġesù. Għalhekk, meta Ġesù ġie biex jitgħammed, kienet stramba għal ħafna min-nies, ibda minn Ġwanni l-Battista stess li, f’siltiet fl-Evanġelji oħra – għax il-Magħmudija tal-Mulej hi rrakkuntata fl-Evanġelju ta’ San Mark, San Mattew, San Luqa – f’dawn is-siltiet hemm ir-reazzjoni ta’ Ġwanni l-Battista li jgħidlu: int gejt biex titgħammed? … Read more »

More than “something good” – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nażaret?” (Ġw 1:46) Din hija l-mistoqsija li għamel Natanael meta Filippu mar isibu, ikellmu, u jgħidlu: “Sibna lil dak li kitbu fuqu Mosè fil-liġi, u l-profeti fil-kotba tagħhom: Ġesù minn Nażaret” (Ġw 1:45). Kienet reazzjoni immedjata dik ta’ Natanael, li staqsa tistax toħroġ xi ħaġa tajba minn Nażaret.

Ħa nħarsu ftit lejn dawn it-tlieta min-nies li naraw illum fl-Evanġelju – Ġesù, Filippu u Natanael – u naraw dak li nitgħallmu minnhom għall-ħajja tagħna. 

L-ewwel nett, Ġesù hu dak li dejjem jieħu l-inizjattiva… Read more »

Those who welcomed Jesus and those who did not – Bishop Galea-Curmi

Mass on Christmas Day

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

Photo by Josh Willink on pexels.com L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Dal-lejl diversi minna konna miġburin hawnhekk fil-knisja, nifirħu bit-twelid ta’ Ġesù. Kien hemm atmosfera sabiħa ħafna bis-sehem ta’ tfal u żgħażagħ fir-rappreżentazzjoni tal-Milied, il-kant tal-għanijiet tal-Milied, il-prietka tat-tifel. Kienet okkażjoni ta’ festa.

Imma fl-istess ħin, lanqas elfejn kilometru ’l bogħod minn hawn, sebgħin ruħu inqatlu. Proprju fil-lejl tal-Milied, f’kamp tar-refuġjati, fosthom numru ta’ tfal… Read more »