ARCHBISHOP VISITS MARSAXLOKK PRIMARY SCHOOL
02/12/2009It-Tlieta, l-1 ta’ Diċembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar il-Kulleġġ San Tumas More Primarja Marsaxlokk. F’din l-iskola bħalissa jattendu 175 student. L-Arċisqof ingħata merħba mit-tfal kollha fil-bitħa tal-iskola. It-tfal kantaw l-Innu tal-Kulleġġ u qalu t-talb ta’ filgħodu. It-tfal offrew donazzjoni ta’ flus biex jingħataw lill-familji u lit-tfal fil-bzonn. Wara ttella’ programm qasir mit-tfal kollha fis-sala tal-iskola. L-Arċisqof indirizza lit-tfal u lill-ġenituri preżenti fis-sala. … Read more »










