It-Tlieta, l-1 ta’ Diċembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar il-Kulleġġ San Tumas More Primarja Marsaxlokk. F’din l-iskola bħalissa jattendu 175 student. L-Arċisqof ingħata merħba mit-tfal kollha fil-bitħa tal-iskola. It-tfal kantaw l-Innu tal-Kulleġġ u qalu t-talb ta’ filgħodu. It-tfal offrew donazzjoni ta’ flus biex jingħataw lill-familji u lit-tfal fil-bzonn. Wara ttella’ programm qasir mit-tfal kollha fis-sala tal-iskola.  L-Arċisqof indirizza lit-tfal u lill-ġenituri preżenti fis-sala.  Wara żar lit-tfal fil-klassijiet kollha fejn tkellem mat-tfal u mal-għalliema tagħhom. Fl-aħħar żar l-uffiċini tal-prinċipal.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.