Caritas Malta helping the most vulnerable during COVID-19
18/04/2020Caritas Malta mħassba dwar realtà ta’ persuni li bħalissa qed isofru konsegwenzi soċjali u ekonomiċi minħabba l-Covid-19 u li għandhom bżonn għajnuna urġenti.
Permezz ta’ persuni li qed iċemplu fuq linji ta’ Caritas li nfetħu apposta, kif ukoll tal-ħidma mill-qrib ma’ NGOs u l-kapillani fil-parroċċi, Caritas Malta qed tiltaqa’ dejjem iktar ma’ realtajiet ta’ gruppi ta’ nies vulnerabbli li huma l-aktar f’riskju matul din il-kriżi:
- Dawk li diġà kellhom dħul baxx qabel il-pandemija;
- Anzjani li jgħixu weħidhom, li kellhom xi għajnuna minn ġirien jew servizzi fid-dar li issa ma jistgħux jingħataw;
- Ġenituri bi tfal b’diżabbiltà, speċjalment dawk severi li wkoll naqsilhom ir-respite peress li waqqfu l-iskejjel;
- Dawk il-Maltin jew barranin li diġà sfaw bla saqaf u anki ma jistgħux jaċċessaw xelters minħabba restrizzjonijiet;
- Barranin li tilfu x-xogħol jew naqsulhom is-sigħat ta’ xogħol u mhux intitolati għall-benefiċċji ta’ nuqqas ta’ impjieg jew sussidju fuq il-kera…