Homilies by the Auxiliary Bishop

The fullness of love – Bishop Galea‑Curmi

Mass on the solemnity of the Most Holy Trinity

  Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Kull meta aħna rroddu s-salib, li hu s-sinjal tagħna l-Insara, aħna ngħidu: “Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu”.  U llum smajna wkoll fit-Tieni Qari, fl-Ittra ta’ San Pawl lill-Korintin, fejn isemmi dik it-tislima li kemm-il darba nisimgħuha fil-bidu tal-quddiesa: “Il-grazzja ta’ Sidna Ġesù Kristu, l-imħabba ta’ Alla u l-għaqda fl-Ispirtu s-Santu tkun magħkom ilkoll.”

Għandna hawnhekk dak li qed niċċelebraw illum: il-festa tat-Trinità Qaddisa… Read more »

A great evangeliser – Bishop Galea‑Curmi

Mass offered for vulnerable people

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

San Bonifaċju kien missjunarju kbir fis-seklu 8 fl-Ewropa ċentrali, speċjalment f’dik li llum tissejjaħ il-Ġermanja. Twieled l-Ingilterra u meta kien għadu żgħir daħal fil-ħajja monastika. Kien bniedem intelliġenti ħafna, kien qisu maqtugħ għall-istudju. Imma meta ġie ordnat saċerdot ta’ 30 sena, wera x-xewqa qawwija li jmur missjunarju fil-kontinent Ewropew.

L-ewwel missjoni li mar, flimkien ma’ sħabu, kienet f’dik li llum hi l-Olanda – kienet tissejjaħ Frisija… Read more »

Witnesses of uncompromising faith – Bishop Galea-Curmi

Mass offered for the martyrs of our time

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Kemm hi ħaġa f’waqtha li llum, meta qed niċċelebraw it-tifkira ta’ San Karlu Lwanga u sħabu martri tal-Uganda, nisimgħu lil Ġesù jgħid: “Alla mhux tal-mejtin imma tal-ħajjin”. Għax f’dan il-ftit kliem ġabar dak li għalih għexu u mietu l-martri tal-Uganda. Mietu biex jagħtu xhieda li hu Alla tal-ħajjin.

San Karlu Lwanga u sħabu kienu 22 żagħżugħ li ngħataw il-martirju fl-Uganda lejn l-aħħar ħmistax-il sena tas-seklu 19 (1885-1887)… Read more »

Mother of the Church – Bishop Galea-Curmi

Mass offered for all those who are suffering, especially those who have lost a loved one during Covid-19

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Lil Marija narawha bħala Omm il-Knisja diġà fil-bidu tal-Knisja meta, kif smajna fil-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, kienet miġbura flimkien mal-appostli huma u jitolbu. Jidher li l-appostli fehmu malajr dak li għamel Ġesù fuq is-salib meta lil Marija qalilha: “Hawn hu ibnek” u lil Ġwanni d-dixxiplu l-maħbub qallu “Hawn hi ommok” u minn dak il-ħin Ġwanni ħadha għandu. Hemmhekk, fuq is-salib, lil ommu taha lilna bħala ommna ħalli tkun hi l-omm li tmexxina fil-ħajja tagħna… Read more »

Energy and creativity – Bishop Galea‑Curmi

Mass on Pentecost Sunday

  Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Nemmen fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja”. Huwa dan li aħna se nistqarru ftit ieħor meta nagħmlu l-istqarrija tal-fidi tagħna. Hu dan li tfisser il-festa li qed niċċelebraw illum, il-festa ta’ Pentekoste, l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli; u għalhekk it-twelid tal-Knisja, li twieldet bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.

Minn nies li aktar moħħhom kif se jsalvaw ġildhom, għamilhom nies li lesti li jagħtu ħajjithom… Read more »

You know that I love you! – Bishop Galea-Curmi

Mass offered for adolescents who were to receive the Sacrament of Confirmation

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Meta Ġesù jistaqsi lil Pietru għal tliet darbiet “Tħobbni int?”, bħalma rajna llum fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, f’moħħna mill-ewwel nassoċċjaw dawn it-tliet darbiet li Ġesù staqsa “Tħobbni?” mat-tliet ċaħdiet li għamel Pietru fil-passjoni ta’ Ġesù. Niftakru f’dak l-episodju, li jsemmuh l-evanġelisti kollha, meta Pietru kien fejn il-qaddejja tal-qassis il-kbir u hemmhekk, meta staqsewh, ċaħad li kien jaf lil Ġesù. Beża’ u ċaħad… Read more »

Keep us under your protection – Bishop Galea-Curmi

Mass offered for those who are currently doubting God

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Fit-talba li Ġesù għamel għad-dixxipli tiegħu fl-aħħar ċena, hu jgħid lill-Missier biex iżommhom taħt il-ħarsien tiegħu. Hemm f’din it-talba dak is-sens ta’ mħabba, ta’ kura, ta’ għożża, ta’ protezzjoni li Ġesù kellu mad-dixxipli tiegħu, u għalhekk jitlob lill-Missier:  “ħarishom f’ismek” dawn id-dixxipli.

Id-dixxipli kellhom bżonn li jħarishom il-Mulej. Mhux biss għax kienu se jgħaddu mill-esperjenza qarsa tal-passjoni u l-mewt ta’ Ġesù; imma wara l-qawmien tiegħu u bl-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuqhom, setgħu jħossu dan il-ħarsien tal-Mulej, speċjalment meta kellhom jaffaċċjaw  sfidi, diffikultajiet u persekuzzjonijiet huma u jxandru l-Evanġelju… Read more »

Did he conquer the world? – Bishop Galea-Curmi

Mass offered so that once this pandemic passes, we take more care of our common home and of our most fragile brothers and sisters

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Jien irbaħt id-dinja”. Dan il-kliem smajna lil Ġesù jgħidu fl-Evanġelju llum. Hu kliem li qal fl-aħħar ċena. Jidher qisu kliem mhux daqshekk f’postu meta tiftakar li qed jgħidu ftit mumenti qabel il-passjoni u l-mewt tiegħu, meta kien imsallab fuq is-salib bl-agħar forma ta’ mewt. X’rebħa hija dik? Meta n-nies li kien hemm ħarsu lejh fuq is-salib, qalu: din hi l-akbar telfa, mhux rebħa! … Read more »

Looking up to heaven and keeping our feet on the ground – Bishop Galea-Curmi

Mass on the Seventh Sunday of Easter and the Ascension of Christ

  Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Il-ġrajja tat-tlugħ fis-sema ta’ Ġesù hi proprju fil-bidu tal-ktieb tal-Atti tal-Appostli. Ġesù, wara l-mewt u l-qawmien tiegħu, iltaqa’ kemm-il darba mad-dixxipli tiegħu. Uriehom li hu ħaj, u fl-aħħar, meta kien se jitla’ s-sema, tahom il-missjoni li huma jkomplu l-ħidma tiegħu sa truf l-art kollha. Għalhekk, fil-bidu tal-ktieb tal-Atti tal-Appostli hemm il-ġrajja ta’ meta jagħtihom din il-missjoni, u mbagħad jitla’ s-sema… Read more »

The joy no one can take away from us – Bishop Galea-Curmi

Mass offered for all those who have lost hope, so that the Lord may give them happiness and be the light in moments of darkness

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Il-ferħ tagħkom ħadd ma jeħodhulkom”. Dan il-kliem li smajna lil Ġesù jgħid fl-Evanġelju llum jinstema’ stramb meta jgħidu proprju fl-aħħar ċena, ftit mumenti qabel ma se jgħaddi mill-passjoni kiefra u l-mewt tiegħu. Qisu mhux floku li titkellem fuq il-ferħ meta hu kien jaf minn xiex se jgħaddi.

Imma Ġesù ried dejjem jitkellem ċar mal-appostli. Filwaqt li jippreparahom għal dik l-esperjenza kiefra li kien se jgħaddi minnha, u allura huma tant iħossuha, jippreparahom ukoll għal wara… Read more »