Our Lady truly cherishes and protects life – Bishop Galea-Curmi
Holy mass on the feast of the Annunciation
12/07/2020 The Parish Church of the Annunciation, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
Il-festa tal-parroċċa ta’ din is-sena qed issir f’ċirkustanzi partikulari. Aħna għexna dawn ix-xhur li għaddew, bl-esperjenza tal-pandemija li għadna taħt id-dell tagħha, u dan kien ifisser li ma niltaqgħux fil-knisja għal tliet xhur sħaħ, imma li nistgħu nsegwu l-quddiesa fuq it-televixin jew online. Għalhekk li llum qegħdin miġburin flimkien hija okkażjoni ta’ ringrazzjament lil Alla, u dak li se nagħmlu llum fil-quddiesa u l-pellegrinaġġ hu proprju biex nirringrazzjaw lil Alla permezz ta’ Marija għal dak li għamel magħna matul dawn ix-xhur li għaddew, u nitolbuh ukoll l-għajnuna u l-barka tiegħu għaż-żmien li ġej, għax nafu li għad hemm ħafna inċertezza fuq ix-xhur li ġejjin… Read more »














