They abandoned their nets and followed him – Bishop Galea-Curmi
11/01/2021 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Fil-bidu tal-ministeru tiegħu, Ġesù jagħżel xi persuni biex ikunu dixxipli, u biex minnhom jifforma l-komunità tiegħu. Fir-rakkont tal-Evanġelju tal-lum, narawh jagħżel erbgħa min-nies: lil Xmun u ħuh Indrì, lil Ġakbu u ħuh Ġwanni.
X’naraw f’din is-sejħa ta’ Ġesù? L-ewwel nett, Ġesù jsejjaħ bħala l-ewwel dixxipli nies ta’ ħajja mill-aktar ordinarja. Ma sejjaħx mexxejja reliġjużi jew politiċi, jew inkella nies għonja jew nies b’xi poter fis-soċjetà, imma għażel lil dawn: erba’ sajjieda… Read more »














