The greatest commandment – Bishop Galea-Curmi
25/10/2020L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Il-mistoqsija dwar liema hu l-kmandament il-kbir, fi żmien Ġesù, kienet mistoqsija tajba biex toħloq diskussjoni sħiħa, u għalhekk fl-Evanġelju tal-lum il-Fariżej riedu jdaħħlu lil Ġesù f’din id-diskussjoni.
Ir-raġuni kienet li għall-popli ta’ żmien Ġesù kien hemm ħafna liġijiet u regolamenti. Jekk tħares lejn l-ewwel ħames kotba tat-Testment il-Qadim, kien hemm 613 liġijiet u regolamenti differenti. Minn dawn, aktar minn nofshom kieu jgħidu x’m’għandekx tagħmel – kien hemm 365, daqs il-ġranet tas-sena, jgħidu dak li m’għandekx tagħmel, pereżempju li m’għandekx taħqar lill-fqir, lill-armla, lill-barrani, u l-bqija x’għandek tagħmel… Read more »














