Homilies by the Auxiliary Bishop

The difference between a splinter and a wooden beam – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm differenza enormi bejn tibna u travu. U Ġesù juża din id-differenza, bi ftit esaġerazzjoni, biex jagħmel il-punt li kultant aħna nħarsu lejn l-oħrajn u naraw il-ħażin fihom u l-ħażin tagħhom, u ma nħarsux lejn il-ħazin tagħna li jkun agħar. Għalhekk: it-tibna f’għajn l-oħrajn filwaqt li f’għajnejna għandna travu.

Dan il-kliem ta’ Ġesù jiġi wara dak li qal lid-dixxipli: “Tiġġudikawx u ma tkunux iġġudikati, tikkundannawx u ma tkunux ikkundannati” (Lq 6:37)… Read more »

A special day to celebrate life – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of the Nativity of the Blessed Virgin Mary

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-festa tat-twelid ta’ Marija hija festa li tiċċelebra l-ħajja. Kull twelid hu ċelebrazzjoni tal-ħajja, imma meta naħsbu f’Marija dejjem naraw din l-enfasi speċjali fuq il-ħajja. Nixtieqkom tinnutaw kif aħna niċċelebraw bil-kbir żewġ festi ta’ Marija li huma hekk konnessi: it-8 ta’ Diċembru, it-tnissil tagħha; u disa’ xhur wara, illum, it-8 ta’ Settembru, it-twelid tagħha. Dan ifisser li aħna niċċelebraw il-bidu tal-ħajja ta’ Marija fit-tnissil tagħha – għax hemm hu l-bidu – u llum niċċelebraw il-fatt li ommha u missierha laqgħu din it-tifla, u setgħet titwieled wara dawk ix-xhur kollha tiżviluppa bħala bniedma… Read more »

Priorities in the right place – Bishop Galea-Curmi

Mass concelebrated by Fr Jake Mamo, a Salesian who was ordained priest last June

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Żgur li tolqotna d-differenza fil-ħarsa ta’ Ġesù min-naħa l-waħda, u l-ħarsa tal-kittieba u l-Fariżej min-naħa l-oħra. Il-ħarsa ta’ Ġesù fis-sinagoga waqfet fuq dan il-bniedem fil-bżonn: ir-raġel li kellu idu l-leminija niexfa. Il-ħarsa tiegħu waqfet fuqu u kien diġà qed jaħseb biex ifejqu. Kienet ħarsa ta’ mħabba u kompassjoni.

Il-kittieba u l-Fariżej ħarsithom waqfet fuq Ġesù, mhux b’ammirazzjoni, imma biex jaraw x’se jagħmel ħa jkollhom fuqiex jixluh… Read more »

Correcting with love – Bishop Galea-Curmi

Mass on the 23rd Sunday in Ordinary Time

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Nixtieq li taħsbu ftit fuq dan: xi tħoss jekk tisma’ li xi ħadd qrib tiegħek qagħad jgħid kontra tiegħek, bi kritika, minn wara dahrek? Naħseb li tħossok irrabjat jew irrabjata, u tgħid: ma setax dan, li qiegħed il-ħin kollu miegħi, jgħidli bil-kwiet minflok, jekk ra xi ħaġa ħażina, imur jgħidha minn wara dahri?   

Dak li nħossu aħna hu dak li qal Ġesù llum fl-Evanġelju… Read more »

Welcoming the ‘new life’ Jesus offers us – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Inbid ġdid jitqiegħed f’damiġġjani ġodda.” Meta Ġesù qal dan il-kliem, kien fil-kuntest ta’ konflitt mal-awtoritajiet reliġjużi ta’ żmienu. Fil-fatt ir-rakkont li smajna llum jiġi bejn żewġ episodji fejn qiegħed f’polemika mal-awtoritajiet reliġjużi ta’ żmienu. Għalhekk, nistgħu nifhmu dan il-kliem ta’ Ġesù proprju fid-dawl ta’ dan.

X’kienu d-damiġġjani l-qodma? Kienet il-mentalità ta’ diversi nies fi żmien li Ġesù li tagħlqilhom qalbhom u moħhom biex ma jkunux jistgħu jilqgħu l-Aħbar it-Tajba… Read more »

St Augustine: an inspiration for us all – Bishop Galea-Curmi

Mass in remembrance of St Augustine

  Augustinian Sisters' Monastery, Fleur-de-Lys

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fid-dawl tal-ħajja ta’ Santu Wistin, nixtieq insemmi tliet punti ta’ riflessjoni li narahom jgħoddu ħafna għalina, speċjalment għalina li kkonsagrajna ruħna lil Alla.

Nafdaw fil-ħniena ta’ Alla

L-ewwel nett, insemmi dik it-talba sabiħa u tant magħrufa li għamel Santu Wistin fl-Istqarrijiet li tibda “Kemm ħabbejtek tard!”. Hija talba li tesprimi l-istorja tal-ħajja tiegħu, imma mbagħad meta tkompli taqra iktar ’l isfel f’dik il-parti tal-Istqarrijiet ta’ Santu Wistin, hu jgħid li t-tama tiegħu hi mibnija fuq il-ħniena immensa ta’ Alla… Read more »

A failure? – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Kien falliment għal Ġesù dan il-jum meta mar fis-sinagoga ta’ Nażaret? Uħud jaraw f’din l-esperjenza falliment.

Hawnhekk f’San Luqa Ġesù jmur fis-sinagoga wara l-episodu tat-tentazzjonijiet, jiġifieri pjuttost fil-bidu tal-ministeru tiegħu. Innutaw x’jiġri. Fil-bidu, meta jaqra dik is-silta mill-Profeta Iżaija u jibda jitkellem, ir-rakkont jgħid li “ilkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu”. Kellu akkoljenza sabiħa; sa dak il-ħin kien sejjer tajjeb… Read more »

A heavy cross to bear – Bishop Galea‑Curmi

Message by Auxiliary Bishop Joseph Galea-Curmi

“If any want to become my followers, let them deny themselves and take up their cross and follow me” (Mt 16:24). These words by Jesus in today’s Gospel speak to us in a particular way.

Wouldn’t it have been better had Jesus said: if you want to become my followers, you can do as you please and follow me? … Read more »

Our heart is restless until it finds its rest in you! – Bishop Galea-Curmi

Mass for the memorial of St Augustine

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Santu Wistin kien Afrikan. Twieled fis-sena 354 f’Tagaste – kieku llum parti mill-Alġerija. Missieru Patrizju kien pagan, u ommu Monika, li għamilna t-tifkira tagħha lbieraħ, kienet mara Nisranija u devota.

Kellu edukazzjoni tajba ħafna. Kellu dik l-edukazzjoni li tgħinu jkun f’kuntatt mal-kultura Rumana. Imma mbagħad meta kiber, fiż-żgħożija ngħaqad mal-Manikej, li kienet setta eretika, u tbiegħed mit-trobbija Nisranija li tatu ommu… Read more »

Let us all be united as one – Bishop Galea-Curmi

Mass on the first anniversary of the establishment of the Naxxar Collegiate and the appointment of the first canons

  The Parish Church of the Nativity of the Virgin Mary, Naxxar

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Insellem minn qalbi lill-Arċipriet u lill-kanonċi li jiffurmaw l-ewwel Kapitlu ta’ din il-Kolleġġjata tal-Parroċċa tan-Naxxar, u lilkom ilkoll preżenti għal din l-okkażjoni sabiħa. Hi ġurnata storika u sabiħa fl-istorja twila ta’ din il-parroċċa – in-Naxxar kienet diġà waħda mill-għaxar parroċċi li kien hawn f’Malta fl-1436.

Aħna u niftakru fl-Istorja, nagħrfu d-dmir ta’ din il-Kolleġġjata ġdida li tħares il-patrimonju artistiku u kulturali, għax hu wirt tal-poplu tul is-snin, wirt ta’ pajjiżna… Read more »