Three roses dedicated to the Immaculate Conception – Bishop Galea-Curmi
Mass on the installation of three new canons of Cospicua Parish
03/10/2020 Collegiate Parish Church of the Immaculate Conception, CospicuaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Qed niċċelebraw illum bil-ferħ il-pussess ta’ tliet kanonċi ġodda ta’ din il-Kolleġġjata għażiża tal-Immakulata Kunċizzjoni. Intom hawnhekk għandkom il-grazzja li tqimu lil Marija Ommna li, kif nafu, kellha titlu speċjali tassew għal qalbha: dak ta’ “qaddejja tal-Mulej”. “Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej” tgħid lill-anġlu Gabrijel; “xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu” tgħid fil-Kantiku tagħha. It-titlu ta’ “qaddejja” hu l-isbaħ titlu għaliha.
Imma għal Marija dan ma kienx biss titlu; kien programm ta’ ħajja… Read more »














