Homilies by the Auxiliary Bishop

The least of our brothers and sisters – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kulma għamiltu mal-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi” (Mt 25:40). Dan hu l-kliem ta’ Ġesù, li jgħid fl-Evanġelju llum skont San Mattew meta jsemmi l-opri tal-ħniena. Hawnhekk Ġesù qed jgħidilna fuq xiex se nkunu ġġudikati: kemm aħna ħabbejna tassew lill-oħrajn, u għalhekk lil Alla nnifsu, u waqafna ma’ min qed ibati.

Ġesù hawnhekk jagħtina messaġġ importanti ħafna għal ħajjitna… Read more »

The fasting that comes from a heart full of love – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?” (Mt 9:14). Din hija d-domanda li għamlu d-dixxipli ta’ Ġwanni lil Ġesù, kif naqraw fl-Evanġelju skont San Mattew illum. Dawn qed jagħmluha b’mod ġenwin. Hawn qed nitkellmu fuqhom, mhux fuq il-Fariżej li kemm-il darba staqsew lil Ġesù bi skop ieħor. Dawn għandhom domanda ġenwina.

Ġesù jgħidilhom ċar li waqt li d-dixxipli qegħdin miegħu, jiċċelebraw il-fatt li qegħdin miegħu… Read more »

Caring for each other – Bishop Galea-Curmi

Mass on the World Day of the Sick 2024

  St Vincent de Paule Residence, Luqa

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mhux sewwa li l-bniedem jibqa’ waħdu” (Ġen 2:18). Dan il-kliem insibuh fil-ktieb tal-Ġenesi, fl-Iskrittura. Huwa kliem li qalu Alla fil-ħolqien, u huwa dan li l-Papa Franġisku ħa bħala t-titlu tal-messaġġ tiegħu għal Jum il-Morda.

Mhux sewwa li l-bniedem jibqa’ waħdu, għax meta Alla ħalaq lill-bniedem, ma ħalqux biex jibqa’ waħdu, iżolat, imma biex flimkien ma’ oħrajn jista’ jibni relazzjoni ta’ mħabba… Read more »

He included those who were excluded – Bishop Galea-Curmi

  Church of Saint Agatha, Rabat

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-marda tal-lebbra fi żmien Ġesù, u qablu, kienet marda li toħloq tbatija kbira lin-nies vittmi tagħha, għax kienet marda li kienet taqta’ lil min kien marid mis-soċjetà. Fil-fatt, rajna fil-Ktieb tal-Levitiku x’kellu jagħmel min kien marid bil-lebbra: li jżomm ruħu ’l bogħod min-nies, li jekk jara lil xi ħadd jersaq, jgħajjat “imniġġes, imniġġes” (Lev 13:45) biex dak li jkun ma jersaqx fil-qrib… Read more »

Healing the sick by healing relationships

Article by Bishop Joseph Galea-Curmi published on The Sunday Times

“It is not good for man to be alone. Healing the Sick by Healing Relationships” is the theme of the message of Pope Francis for the 2024 World Day of the Sick, held today, 11 February. 

In his message, the Pope explores the fundamental importance and healing power of our relationships with others and with God. Drawing on God’s words about Adam in the Book of Genesis (cf… Read more »

Faith is not built on what is sensational – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Wissiehom biex ma jgħidu lil ħadd” (Mk 7:36). Dan hu li naqraw fuq Ġesù llum, fl-Evanġelju skont San Mark, wara li fejjaq lil wieħed raġel li kien trux u mbikkem. L-Evanġelju jgħid li lil dan ir-raġel ġabuh quddiem Ġesù biex “iqiegħed idejh fuqu” (Mk 7:32). U li jagħmel Ġesù l-ewwel hu li joħorġu għalih waħdu minn qalb in-nies. Fl-Evanġelju hemm dik id-deskrizzjoni ta’ kif Ġesù jfejqu u kif dal-bniedem beda jisma’ u beda jitkellem… Read more »

A Consistent Ethic of Life – Bishop Galea-Curmi

Mass on the celebration of Life Day 2024

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

The Malta Unborn Child Platform was founded twenty-five years ago. Year after year, this movement has worked persistently to promote respect towards the dignity and the rights of the unborn child, and the child’s protection and development. Today, I would like to thank all those who have worked tirelessly to raise awareness of life at its most vulnerable and dependent, when it needs the greatest support and care… Read more »

Father and Teacher – Bishop Galea-Curmi

  Saint John Bosco Oratory Chapel, Tas-Sliema

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Missier u għalliem”. Hekk insejħulu lil San Ġwann Bosco llum fit-talba tal-quddiesa, fil-bidu, u din hi l-esperjenza ta’ tant nies ta’ dan il-qaddis.

Don Bosco huwa qaddis li dejjem kelli imħabba lejh minn meta kont żgħir. Niftakar li konna naraw il-Museum il-ħajja tal-qaddisin, dak iż-żmien bis-slides, u kont nammira ħafna kif Don Bosco għex il-vokazzjoni saċerdotali tiegħu… Read more »

Do not set aside our lives, do not set aside our country – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Oħroġ, ja spirtu ħażin, minn dan il-bniedem!” (Mk 5:8) Dan hu li Ġesù jgħid lil dan il-bniedem, kif rajna fl-Evanġelju llum. Huwa każ ta’ Ġesù li jeħles lil dan il-bniedem mill-ispirtu ħażin, anzi minn spirti ħżiena fih. Ġesù kien għadu kif qasam il-baħar bid-dgħajsa, u ġie n-naħa l-oħra flimkien mad-dixxipli tiegħu. U mal-ewwel jersaq fuqu dal-bniedem. Nafu li Ġesù, bħalma għamel f’ċirkustanzi oħra, l-ewwel ħaġa li jagħmel hu li lil dal-bniedem jeħilsu mill-ispirti ħżiena ta’ ġo fih… Read more »

They had a reason to be in awe – Bishop Galea-Curmi

  Parish Church, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Baqgħu mistagħġbin” (Mk 1:22). Dawn iż-żewġ kelmiet ifissru dak li n-nies ħassew meta kienu qed jisimgħu lil Ġesù fis-sinagoga ta’ Kafarnahum. L-Evanġelju jgħidilna li Ġesù, meta wasal Kafarnahum, malajr daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem; u ħoloq dan l-istagħġib.

X’kienet ir-raġuni? Għaliex stagħġbu meta semgħuh jitkellem? Qal xi ħaġa ta’ barra minn hawn, jew diskors mhux f’postu? Xejn minn dan! … Read more »