Homilies by the Auxiliary Bishop

Benefactors of Maltese society – Bishop Galea‑Curmi

Quddiesa fil-Ġublew tal-Edukaturi

  Is-Santwarju ta’ Santa Tereża, Birkirkara

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għeżież edukaturi, f’dan il-jum tal-Ġublew tal-edukaturi, il-Knisja f’Malta ddawwar ħarsitha fuqkom bi gratitudni u tama. Intom li tgħallmu, tiggwidaw, tifformaw u tmissu l-qalb u l-moħħ tat-tfal u taż-żgħażagħ, m’intomx sempliċement ħaddiema fi professjoni  — intom professjonisti b’vokazzjoni u missjoni partikulari. Li tkun edukatur mhuwiex biss xogħol; hu missjoni, sehem qaddis mill-opra kreattiva u salvifika ta’ Alla.

Fl-Evanġelju tal-lum, skont San Luqa, naraw lil Ġesù fil-bidu tal-ministeru pubbliku tiegħu… Read more »

Realism and hope – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Intom għad tibku u tingħu” (Ġw 16:20). Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù lid-dixxipli tiegħu. Qegħdin hawnhekk fl-Aħħar Ċena, u Ġesù qed jara diġà l-esperjenza iebsa tal-passjoni u l-mewt, u kif din kienet se tkun trawma għad-dixxipli. Għalhekk qalilhom: “Intom għad tibku u tingħu”. Nixtieq li nħarsu lejn dan li jgħid Ġesù hawnhekk, u kif il-kliem tiegħu, filwaqt li hu dejjem realistiku, hu kliem li jagħti tama, tama vera. 

Fil-fatt, lid-dixxipli tiegħu jgħidilhom li għad jibku u jingħu… Read more »

Heed my word – Bishop Galea‑Curmi

  The Parish Church of the Annunciation, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti” (Ġw 14:23). Dan hu li jgħid Ġesù fl-Evanġelju. Jirrepetih darbtejn b’mod differenti. Fil-fatt, dan hu parti mid-diskors tiegħu lid-dixxipli fl-Aħħar Ċena fejn, ftit qabel, kien qal lid-dixxipli: “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi” (Ġw 14:15).

L-imħabba tmexxina, mhux il-biża’

X’inhi din l-insistenza ta’ Ġesù fuq li aħna nħarsu l-kelma tiegħu? L-ewwel nett, nixtieq li nifhmu li Ġesù jorbot kollox mal-imħabba… Read more »

When the impossible is possible with God’s help – Bishop Galea‑Curmi

Mass on the feast of St Rita of Cascia with the annointment of the sick

  The Church of St Mark, Rabat

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jiena d-dielja, intom il-friegħi. Min jibqa’ fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott; għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn” (Ġw 15:5). Dan hu l-kliem li smajna lil Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu, fl-Evanġelju skont San Ġwann, u huwa l-kliem li jfisser tassew il-ħajja ta’ Santa Rita.

Aħna llum qed nifirħu fiċ-ċelebrazzjoni tal-125 sena minn meta ġiet dikjarata qaddisa mill-Papa Ljun XIII, proprju llum, u waqt li nifirħu, qed inħarsu lejha u nitolbu l-interċessjoni tagħha għall-Papa Ljun XIV, kif ukoll biex tkompli tkun ta’ ispirazzjoni għalina fil-ħajja tagħna… Read more »

The biggest love – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien” (Ġw 15:12). Dan hu li jgħid Ġesù lid-dixxipli tiegħu fl-Evanġelju skont San Ġwann, u jirrepeti dan darbtejn, kemm fil-bidu u fl-aħħar ta’ din is-silta.

Nixtieq li niftakru ftit meta qalu dan il-kliem. Qalu fl-Aħħar Ċena, meta diġà kien qed jara għalxiex dieħel – il-passjoni u l-mewt – u qed jitkellem ma’ nies li kważi kollha, ħlief wieħed, ma kinux se jkunu qrib tiegħu f’dak li kien se jgħaddi minnu… Read more »

As I have loved you – Bishop Galea‑Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu intom lil xulxin” (Ġw 13:34). Dan il-kliem dwar l-imħabba Ġesù qed jgħidu f’ċirkustanzi verament diffiċli u iebsa. Hawnhekk kien qiegħed fl-Aħħar Ċena, meta mdawwar bit-tnax. Jaf għal xiex dieħel, jaf li wieħed minnhom se jittradih – fil-fatt, din is-silta tibda “kif ħareġ Ġuda” (Ġw 13:31), turi meta Ġuda ħareġ miċ-ċenaklu biex jiftiehem ħalli jittradih – jaf li wieħed minnhom, Pietru, se jiċħdu, jaf li se jabbandunawh; u madankollu, f’dan l-ambjent hekk iebes, flok jirrabja u jurihom kemm jiddispjaċih, jgħidilhom biex iħobbu lil xulxin: “Nagħtikom kmandament ġdid: li tħobbu lil xulxin… Read more »

No one will snatch us from his hands – Bishop Galea‑Curmi

  The Parish Church of the Annunciation, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Din is-silta verament qasira tal-Evanġelju llum turina xi ħaġa importanti ħafna għall-ħajja tagħna. Turina xi jfisser meta ngħidu li Ġesù hu r-ragħaj it-tajjeb tagħna.

Jagħraf, jagħti l-ħajja, jipproteġi

Ħa nsemmi tliet punti fuq Ġesù r-ragħaj. L-Evanġelju jgħid li hu jagħraf in-ngħaġ tiegħu, li hu jagħtihom il-ħajja ta’ dejjem, u li hu jipproteġihom. Hu sabiħ meta niftakru li dan hu Ġesù għalina, għall-ħajja tagħna… Read more »

The celebrations of the Vocations Jubilee in Malta

  The Archbishop's Seminary, Tal-Virtù

Il-Ġublew tal-Vokazzjonijiet ġie ċċelebrat s-Sibt 10 ta’ Mejju fis-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù, ir-Rabat. Madwar 350 persuna, fosthom membri ta’ komunitajiet reliġjużi, żgħażagħ minn diversi ċentri vokazzjonali u membri tal-MUSEUM, ingħaqdu flimkien għall-Ġublew tal-Vokazzjonijiet.

Ispirata mill-episodju tad-dixxipli fit-triq ta’ Għemmaws, iċ-ċelebrazzjoni saret forma ta’ pellegrinaġġ spiritwali. Matul dan il-vjaġġ, persuni li qed jgħixu vokazzjonijiet differenti qasmu l-esperjenza personali tagħhom dwar kif għarfu u wieġbu għas-sejħa ta’ Alla f’ħajjithom… Read more »

“Teach me, O Lord, the way of your statutes”

Mass on the feast of St George Preca

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu” (Mk 16:15). Huwa dan li jgħid Ġesù lill-ħdax illum fl-Evanġelju, u huwa dan li niċċelebraw fil-festa ta’ San Ġorġ Preca. San Ġorġ Preca kellu f’qalbu li jrid iwassal l-Evanġelju lil kulħadd, u fil-fatt, meta waqqaf is-Soċjeta tal-MUSEUM, is-Soċjeta tad-Duttrina Nisranija, ried proprju dan. L-inizjali tal-kelma MUSEUM ifissru: “Mgħallem, mhux li kien id-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju tiegħek”… Read more »

Look for me for who I am – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tfittxunix biss għal dak li nista’ nagħtikom. Fittxuni l-ewwel għal dak li jien”. Dak hu l-messaġġ li Ġesù qed jgħid lilna llum fl-Evanġelju skont San Ġwann, li joħroġ b’mod sabiħ ħafna minn dan id-djalogu, il-laqgħa, li kien hemm ta’ Ġesù mal-folla.

Ħa naraw ftit din ix-xena. Dawn in-nies kellhom diġà esperjenza sabiħa ħafna meta Ġesù tema’ ħamest elef ruħ u fuqhom b’ħames ħobżiet tax-xgħir u żewġ ħutiet żgħar… Read more »