Homilies by the Auxiliary Bishop

Treasure of my heart – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Teżori f’din id-dinja” (Mt 6:19) u “Teżori fis-sema” (Mt 6:20). Dan hu l-kuntrast li jagħmel Ġesù fl-Evanġelju llum, li jibda bil-kelma qawwija “tgeddsux” – “Tgeddsux għalikom teżori f’din id-dinja” (Mt 16:9). X’jiġifieri meta Ġesù jgħid “tgeddsux”? Ma jridniex naħdmu, nirsistu, għalina u għall-familja tagħna? Le, mhux dan qed jgħid Ġesù, anzi lilna jagħtina l-messaġġ li huwa importanti li aħna naħdmu, nirsistu, biex inġibu ’l quddiem il-ħajja tagħna, tal-familja tagħna, u dawk ta’ madwarna… Read more »

The wealth that formation gives us – Bishop Galea‑Curmi

End of Academic Year Mass – Institute of Pastoral Formation

  Iklin Parish Church

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Faħħar, ruħ tiegħi, lill-Mulej!” (Salm 146:1) Dan hu li tlabna flimkien fis-Salm, dan l-innu ta’ tifħir lil Alla, u dan hu s-sentiment tagħna, ta’ tifħir u ringrazzjament lil Alla, aħna u nagħmlu llum din iċ-ċelebrazzjoni f’għeluq din is-sena ta’ formazzjoni mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali.

Nixtieq l-ewwel nett nirringrazzja lid-Direttur u t-tmexxija tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali għall-impenn kbir tagħhom, kif ukoll lil dawk kollha li taw sehemhom – il-lecturers u l-istudenti kollha li matul din is-sena li għaddiet ħadu b’serjetà kbira dawn il-korsijiet ta’ formazzjoni… Read more »

It’s not tit for tat – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Bil-Malti hemm espressjoni li tgħid: “patta parapatta”, li tfisser li wieħed ipatti b’azzjoni ħażina għal azzjoni ħażina li jkun irċieva. Tixbah ħafna dak li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju meta jikkwota espressjoni li kienu jużaw qablu, ħafna żmien qablu: “Għajn b’għajn u sinna b’sinna” (Mt 5:38). Meta narawha hekk illum, nifhmu li int għal dak li tirċievi, tpatti bl-istess mod – jekk xi ħadd lilek insultak, tinsultah; jekk xi ħadd weġġgħek, tweġġgħu; jekk xi ħadd għamillek azzjoni ħażina, inti tagħmillu azzjoni ħażina… Read more »

A mystery not of confusion, but of embrace – Bishop Galea-Curmi

Quddiesa fis-Solennità tat-Trinità Qaddisa bil-parteċipazzjoni ta’ 40 persuna minn pajjiżi tal-Mediterran, parteċipanti fin-network teoloġiku tal-Mediterran.
Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Sarah Salafia

Il-festa, li qed niċċelebraw illum, tat-Trinità Qaddisa hija solennità importanti ħafna fil-ħajja tal-Knisja. Jekk naħsbu ftit, kull meta rroddu s-salib u f’diversi talbiet waqt il-quddies, dejjem qed nitkellmu fuq dan il-misteru kbir: li Alla huwa wieħed, imma f’Alla hemm tliet persuni: il-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu… Read more »

Don’t play with fire – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tilgħabx man-nar”. Dan huwa parir li ħafna minna żgur smajnieh, xi mument jew ieħor, f’ħajjitna. Hawn min iżid, jgħidlek: jekk tilgħab man-nar, fl-aħħar tinħaraq! Hu dan wieħed mill-messaġġi li jagħti Ġesù fl-Evanġelju llum f’din is-silta li għadna kif smajna. Hawnhekk Ġesù jitkellem darbtejn fuq dak li għalina hu “okkażjoni ta’ dnub” (Mt 5:29.30), u jgħid li rridu mal-ewwel nieħdu azzjoni biex ma nħallux it-tentazzjoni tegħlibna… Read more »

From fear to courage – Bishop Galea‑Curmi

Mass on Pentecost with sacrament of confirmation given to 9 adults

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għeżież adulti kandidati għas-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof, u intom ilkoll li qed tifirħu magħhom – illum f’din is-Solennità ta’ Għid il-Ħamsin, Pentekoste, il-Knisja kollha hija mistiedna tiftakar il-bidu tagħha, u aħna lkoll imsejħa naraw postna f’din l-istorja.

Il-Pentekoste: jum it-twelid tal-Knisja

Fil-Ktieb tal-Atti tal-Appostli naqraw li meta wasal il-jum tal-Pentekoste, “ġie mis-sema ħoss bħal ta’ riħ qawwi u mela d-dar kollha fejn kienu qegħdin… Read more »

Show us that you are our mother – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm talba li ngħidu b’rabta mar-Rużarju, fejn nitolbu hekk: “Marija Santissima, urina li inti ommna”. Illum qed niċċelebraw it-tifkira ta’ Marija, Omm u Xbieha tal-Knisja. Hi tifkira li ssir pjuttost reċenti – fil-fatt, kien daħħalha bħala tifkira li ssir bħal-lum, l-għada ta’ Għid il-Ħamsin, il-Papa Franġisku seba’ snin ilu. Ried – u hawn nifhmu kemm hija tifkira sabiħa – li tintrabat ma’ Pentekoste… Read more »

The love for Jesus drives us in all our services – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm dettall sabiħ f’din l-istorja, ftit qabel din is-silta li qrajna mill-Evanġelju skont San Ġwann. Hawnhekk Ġesù qiegħed fejn il-baħar tal-Galilija, meta deher lid-dixxipli tiegħu wara li qam mill-mewt. Kien qalilhom biex jitfgħu x-xibka n-naħa tal-lemin – għax dak il-lejl ma kienu qabdu xejn – u dawn qabdu ħafna ħut; mbagħad ġew u sabu lil Ġesù hemmhekk fix-xatt jistenniehom.

L-Evanġelju jgħid li hemmhekk kien hemm “faħam jaqbad bil-ħut fuqu” (Ġw 21:9)… Read more »

Don’t kill your own good strategy

Message by Bishop Joseph Galea-Curmi

In a country where suicide has been recognised as a pressing public health issue, the government’s National Suicide Prevention Strategy for Malta (2025-2030), which was launched in March this year, is a welcome and much-needed initiative. This strategy aims to work for the prevention of suicide through awareness campaigns, mental health support, community interventions, and a strong clear message: every life matters… Read more »

We’re not alone – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Lili tħalluni waħdi” (Ġw 16:32). Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù lid-dixxipli tiegħu – qegħdin hawnhekk fl-Aħħar Ċena, ftit qabel ma jgħaddi għall-passjoni u l-mewt tiegħu. Hawn mal-ewwel jolqotna kif dan il-kliem li jgħid Ġesù, li hu kliem ħiereġ mill-imħabba tiegħu lejn id-dixxipli, mhuwiex kliem li jikkundanna. Meta qed jgħid “lili tħalluni waħdi”, qed jgħid verità, qed jgħid x’se jiġri. Imma ma jgħidux b’ton ta’ kundanna, anzi jgħidu b’ton li jrid jiġbed l-attenzjoni tagħhom, tad-dixxipli, li hawn qalulu li issa qed jifhmuh u jemmnu, li, fil-fatt, ftit wara dad-diskors se jħalluh waħdu… Read more »