The crowd is not necessarily right – Bishop Galea-Curmi
25/09/2020 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
L-istħarriġ li għamel Ġesù mad-dixxipli tiegħu, biex jara n-nies x’jaħsbu fuq min kien, jidher li ma tax wisq riżultati tajbin. Id-dixxipli rrapportawlu li kien hemm min qed jgħid li hu Ġwanni l-Battista, oħrajn Elija, u oħrajn wieħed mill-profeti. Il-maġġoranza kbira ma kinux jafu sew min kien – u kienu żbaljati.
U meta staqsa mbagħad lilhom, lid-dixxipli, u Pietru qallu: “Inti l-Messija ta’ Alla” – risposta tajba – Ġesù mal-ewwel spjega kif għandu jifhem il-kelma ‘Messija’: li hu kien se jbati ħafna, jiċħduh, joqtluh u fit-tielet jum iqum… Read more »