F’għeluq is-sena pastorali taċ-Ċentru Vokazzjonijiet tas-Seminarju, is-seminaristi organizzaw attivitajiet differenti għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ, li saru fis-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù.

L-attivitajiet intemmu b’laqgħa ta’ diskussjoni mal-Arċisqof Charles Scicluna li matulha ż-żgħażagħ iddiskutew temi attwali li jolqtuhom fil-ħajja ta’ kuljum, fosthom il-fidi llum, il-valur tal-ħajja u kif nagħrfu s-sejħa ta’ Alla.

Wara din id-diskussjoni l-Arċisqof iċċelebra quddiesa fil-ġonna tas-Seminarju li fiha ħadu sehem il-ġenituri taż-żgħażagħ u l-adolexxenti. Fl-omelija tiegħu l-Arċisqof ħeġġeġ lil dawk preżenti biex jixbhu lil Alla fil-ħniena u l-imħabba tiegħu lejn kulħadd.

Dawk iż-żgħażagħ u l-adolexxenti li jixtiequ jibdew jieħdu sehem f’dawn l-attivitajiet huma mħeġġa jsegwu l-paġni soċjali tas-Seminary Vocations Centre u l-websajt seminaryvocationscentre.mt.

Agħfas hawn għall-omelija tal-Arċisqof Charles Scicluna.

More Photos >>