• It-Tnejn 19 t’Ottubru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-preżenza tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca għall-inawgurazzjoni uffiċjali ta’ Ċentru Enrichetta f’Birżebbuġa. Dan iċ-ċentru jopera f’forma ta’ Family Resource Centre u huwa mmexxi mill-Fondazzjoni St Jeanne Antide – għaqda mhux governattiva kommessa li tidentifika u tkun ta’ sapport b’mod olistiku għall-familji vulnerabbli f’livell komunitarju, flimkien mas-Sorijiet tal-Karità.

    Is-servizzi ta’ The Malta Community Chest Fund jkunu disponibbli f’Ċentru Enrichetta kull nhar ta’ Tlieta bejn id-disgħa u l-ħdax ta’ filgħodu, għan-nies tal-komunità ta’ Birżebbuġa u ż-żoni tal-madwar.

  • Photos: OPR