• ***

    Direttur: Max Joseph

    Atturi: Zac Efron, Emily Ratajkowski, Shiloh Fernandez, Alex Shaffer, Jonny Weston u Wes Bentley

    Ħin tal-film: 96min

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18

    Cole Carter żagħżugħ ta’ 23 sena hu DJ fix-xena mużikali elettronika ta’ zfin. Minn dejjem kienet il-ħolma tiegħu li xi darba ssir produttur ta’ kumpanija li tagħmel rekords. Meta DJ James jibda jgħinu u jsir il-mentor tiegħu, Cole jiltaqa’ wkoll ma’ l-għarusa ta’ James, Sophie. Ir-relazzjoni bejniethom tibda tissaħħah aktar ma beda jgħaddi ż-żmien b’riżultat li r-rabta bejn Cole u James  tiġi f’qagħda diffiċli ħafna tant li ma jibqgħax iktar b’kuntatt miegħu.  Dan kien ifisser li Cole issa kellu jibda ffendi għar-rasu. Cole wkoll jiġi wiċċ imbwiċċ ma’ problem. Sab ruħu bejn in-nar u l-ilma. Barra l-ambizzjoni artistika li kellu u li xtaq ħafna jilħaq il-quċċata tas-suċċess fil-kompożizzjonjiet  tiegħu, sab għażla oħra quddiemi  li ħawditu ħafna. Sfortunatament Cole beda jiġi nfluwenzat minn sħabu tal-qalb, Mason, Ollie u Squirrel. Dawn l-ħbieb bdew  ifittxu s-suċċess f’ħajja mundana u bla skop u riedu li jsiru sinjuri f’qasir żmien akkost ta’ kollox. Dan irnexxielhom jagħmluh meta ġew b’kuntatt ma’  negozjant fix-xiri u l-bejgħ ta’ bini u djar. Dan in-negozjant  ftit li xejn kellu kuxjenza u kien iqarraq bin-nies li jsibu ruħhom f’diffikulta’. Dan kien  jara kif jagħmel biex jimbromlom.  Cole iżda wera iktar valuri minn sħabu u beda jintebbaħ li dan il-frodista xejn ma kien onest.  X’sejjer jagħmel Cole meta ssib ruħu f’din il-qagħda? Tgħid tkompli tizviluppa r-relazzjoni li beda ma’ Sophie? Fejn waslet l-ambizzjoni li kellu u li xtaq ħafna li jsir wiehed mill-aħjar DJ?    

    Film mużikali Amerikan, taħt id-direzzjoni ta’ Max Joseph li  llaqqgħana ma’ Cole, żagħżugħ li xtaq jiżvillupa t-talent li kellu u ssir DJ famuż. Għalkemm isib numru ta’ ostakli fosthom l-istess sħabu li kienu jippreferu li jgħixu ħajja mondana, bla skolp ta’ xejn, moħħhom biss biex jagħmlu l-flus u jabbużaw mid-droga. Cole jagħmel l-għażliet tiegħu billi jagħraf x’inhu l-aħjar jekk sejjer jilħaq l-iskop ta’ ħajtu. Minħabba l-użu ta’ droga, koabitazzjoni u sess qabel iż-żmien kif ukoll kliem goff u oxen, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss.