L-Arċisqof Charles Scicluna jgħaddi messaġġ lit-tfal għal dal-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Ifakkar biex jiftakru fin-nanniet tagħhom u jċemplulhom, kif ukoll jaħdmu mid-dar, jgħinu fid-dar u kemm jista’ jkun jagħmlu paċi malajr meta jkollhom xi jgħidu mal-aħwa.

Mill-uffiċċju tiegħu fil-Kurja, l-Arċisqof jaqsam ukoll tliet affarijiet għeżież għalih li jfakkruh fi tfulitu biex jispjega l-importanza ta’ dawn il-ġranet u kemm hu importanti t-talb fil-familja.