• Il‑Quddiesa praesente cadavere tal‑Isqof Francesco Adeodato Micallef O.C.D., ser issir is‑Sibt 6 ta’ Jannar 2018, fid‑9:30 a.m., fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

    Jippresiedi l-Quddiesa l‑Arċisqof Charles J. Scicluna. Miegħu ser jikkonċelebraw: Mons. Pawlu Cremona O.P., Arċisqof Emeritu, Mons. Paul Darmanin O.F.M. Cap., Isqof Emeritu ta’ Garissa, Kenja, Mons. Camillo Ballin M.C.C.J., Isqof u Vigarju Appostoliku fil‑Kuwait, u Fr Konrad Grech S.J., rappreżentant tan‑Nunzjatura Appostolika f’Malta. Magħhom jingħaqad il‑Provinċjal tal‑Komunità tal‑Patrijiet Tereżjani, Patri Juan Debono O.C.D., il‑komunità ta’ patrijiet Tereżjani u saċerdoti oħra.

    .

  •