• Is-Sibt 6 ta’ Jannar 2018, fil-5:30 p.m., Mons. Charles Attard, Direttur tal-Moviment ta’ Kana, jiċċelebra Quddiesa għall-koppji li żżewġu matul l-2017, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Din il-Quddiesa hija organizzata mill-Moviment ta’ Kana.