Wara sentejn Caritas Malta se ttella’ wirja ta’ arti ispirata mill-poeżija ta’ Michael Boffa. Matul il-wirja se jitnieda wkoll il-ktieb tal-poeżiji Forsaken, li jġorr l-istess isem tal-wirja u li jinkludi x-xogħlijiet artistiċi abbinati mal-poeżiji ta’ Boffa.

Il-poeżiji ta’ Boffa nkitbu f’mumenti diffiċli li kien għaddej minnhom u jirriflettu l-emozzjonijiet li kien qed iħoss f’dak iż-żmien. Dawn il-poeżiji, 30 b’kollox, ingħaddew f’idejn 10 artisti u kull poeżija ġiet interpretata f’xogħol ispirat mill-istess poeżija. L-10 artisti huma: Victoria Camilleri, Therese Storace, Lara Parker, Marianne Aquilina, Dr Carol Jaccarini, Emma Aquilina,Petra Ellul Vincenti, Richard Saliba, Marthese Vella u Ray Micallef.

Il-ktieb se jingħata b’donazzjoni b’risq Caritas Malta u parti mid-dħul tal-bejgħ tax-xogħlijiet għall-wiri wkoll se jmur b’risq Caritas Malta. Dawn id-donazzjonijiet jintużaw minn Caritas f’servizzi psikosoċjali li huma tant meħtieġa fost dawk l-aktar vulnerabbli.

Il-wirja Forsaken tiftaħ għall-pubbliku nhar is-Sibt 28 ta’ Mejju bejn id-9am u n-12:30pm fil-Caritas Community Centre, Triq Mountbatten, il-Ħamrun. Għal aktar tagħrif ċempel 22199000.