Id-Dokument dwar il-Festi mistenni jkun lest fil-ġimgħat li ġejjin. Dan kien ikkonfermat din il-ġimgħa ma’ IL-ĠENSillum online minn uffiċjal fl-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof. “F’dan l-istadju nista’ nikkonferma li t-taħditiet għadhom għaddejjin u li d-Dokument mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin, għalkemm għad m’hemmx data stabbilita,” qal il-kelliemi għall-Kurja.

Kien fil-5 ta’ Ottubru tas-sena l-oħra li l-Knisja ppreżentat id-Dokument Konsultattiv dwar tibdil propost għall-festi f’Malta. Id-Dokument, bl-isem ta’ “Nirrestawraw il-festi flimkien”, kien ippreżentat lill-membri tal-istampa mill-Arċisqof ta’ Malta nnifsu, Mons Pawlu Cremona OP, u l-Pro-Vigarju Ġenerali, Mons Anton Gouder.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-EDITORJAL FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com