Mit-Tnejn 25 sal-Ġimgħa 29 ta’ Ottubru ser isiru żjajjar lill-familji tal-Imdina mill-membri tal-Kapitlu Metropolitan.

Il-Ġimgħa 29 ta’ Ottubru ser ssir Siegħa Marjana fil-Katidral tal-Imdina fis-6.30pm (wara l-Quddiesa tas-6.00pm) bil-parteċipazzjoni tal-membri kollha tal-Leġjun ta’ Marija, tal-Moviment Marjan, tal-Kultura Marjana u tat-Terzordni Karmelitan.

Il-Ħadd 31 ta’ Ottubru fil-Katidral tal-Imdina jingħad ir-rużarju quddiem Ġesù Sagramentat espost fil-5.15pm u fis-6.00pm tibda Konċelebrazzjoni solenni li għaliha huma mistiedna speċjali l-koppji kollha li żżewġu fil-Katidral. Tingħata lil kull koppja tifkira tal-okkażjoni.