MORE THAN 91 PERCENT OF MALTESE MARRIAGES ARE CATHOLIC
28/03/2010F’kull sena mill-aħħar ħames snin, iktar minn 90 fil-mija taż-żwiġijiet fejn kemm il-mara kif ukoll ir-raġel li ssieħbu fiż-żwieġ kienu Maltin, dawn għażlu r-rit reliġjuż għaż-żwieġ tagħhom. U dan meta ma jiġux ikkunsidrati ċifri relattivi għal żwiġijiet f’Għawdex!
Dan joħroġ minn ċifri mgħoddijin lil IL-ĠENSILLUM online mir-Reġistru Pubbliku dan l-aħħar dwar żwiġijiet f’Malta fl-aħħar ħames snin.
B’kollox, fl-aħħar ħames snin f’Malta biss ġew iċċelebrati 6,613-il żwieġ b’rit reliġjuż, fejn iż-żewġ partijiet kienu Maltin, 421 żwieġ b’rit reliġjuż bejn partijiet barranin u 303 bejn parti Maltija u parti barranija… Read more »













