“YEARNING FOR LIFE”
08/04/2010“Dan hu l-irxoxt tagħna… meta nitgħallmu nagħrfu l-ħajja, li l-ħajja clean (bla droga) tagħtina sodisfazzjon iktar mill-ħajja bid-droga… il-konsegwenzi tad-droga koroh wisq… itellgħuk… itellgħuk fuq il-kalvarju”.
Hekk qal lil IL-ĠENSILLUM online Matthew (l-ismijiet huma fittizji biex titħares l-identità tal-persuni), żagħżugħ ta’ 22 sena li bħalissa qiegħed jagħmel il-programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga f’San Blas. L-istess bħal Mark, li hu tampar Matthew u li wkoll qiegħed fuq dan il-programm, għal numru ta’ snin, il-ħajja kienet appuntu kalvarju, li fiha, issa, xaqq id-dawl tal-‘qawmien’… Read more »












