EMIGRANTS COMMISSION PRAISES MGR DE PIRO AND THE MISSIONARY SOCIETY OF ST PAUL HE SET UP
30/06/2010Is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl, illum tagħlaq mitt sena mit-twaqqif tagħha (1910 – 2010). Kien fit-30 ta’ Ġunju ta’ l-1910 li Mons. Ġiuseppe De Piro laqgħa l-ewwel żewg membri fis-Soċjeta’. Għal din l-okkażjoni, illejla fis-6.00 p.m., fil-Katidral tal-Imdina, il-membri kollha tas-Soċjeta’, se jingħaqdu ma’ l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. biex flimkien jirringrazzjaw lil Alla għall-grazzja ta’ tant ħidmiet imwettqa mis-Soċjeta’ hawn Malta, u fl-Abbisinja, Awstralja, Peru’, Filippini, Pakistan, Stati Uniti ta’ l-Amerika u l-Kanada… Read more »












