F’dawn il-ġranet Mons Charles J. Scicluna, Promotur tal-Ġustizzja fil-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, iltaqa’ ma’ diversi persuni allegati vittmi ta’ abbużi sesswali. Mons Scicluna irrefera lil dawn il-persuni għar-Response Team ta’ l-Arċidjoċesi ta’ Malta u inkoraġġihom jikkooperaw bis-sħiħ ma’ l-investigazzjoni li qegħda tagħmel il-Knisja f’Malta.

Qiegħdin nippublikaw ukoll l-ittra li biha l-Eċċellenza Tiegħu, Mons. Luis Ladaria S.I., Segretarju ta’ l-istess Kongregazzjoni, introduċa l-ħidma ta’ Mons. Scicluna f’Malta u irringrazzja lill-Arċidjoċesi tax-xogħol li qiegħed isir.