YOUTH ENTHUSIASTICALLY FLYING THE MALTESE FLAG FOR MADRID
26/02/2011Mijiet ta’ żgħażagħ Maltin qed iħejju biex f’Awwissu li ġej imorru Madrid għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Intant, il-bandiera Maltija waslet qabilhom.
Nhar is-Sibt li għadda, numru ta’ żgħażagħ Maltin iltaqgħu fil-Barakka ta’ Fuq biex jieħdu ritratti mal-bandiera Maltija, liema bandiera se tintbagħat lill-organizzaturi Spanjoli flimkien ma’ numru ta’ ritratti. Wieħed minnhom se jitpoġġa fuq il-paġna uffiċjali tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fuq il-Facebook.
F’kummenti lil IL-ĠENSillum online, Mariam Degiorgio, li hija responsabbli mill-paġna Maltija tal-JDŻ fuq dan is-sit, fissret li “l-bandiera tagħti identità lil nazzjon… Read more »












