Mijiet ta’ żgħażagħ Maltin qed iħejju biex f’Awwissu li ġej imorru Madrid għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Intant, il-bandiera Maltija waslet qabilhom.

Nhar is-Sibt li għadda, numru ta’ żgħażagħ Maltin iltaqgħu fil-Barakka ta’ Fuq biex jieħdu ritratti mal-bandiera Maltija, liema bandiera se tintbagħat lill-organizzaturi Spanjoli flimkien ma’ numru ta’ ritratti. Wieħed minnhom se jitpoġġa fuq il-paġna uffiċjali tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fuq il-Facebook.

F’kummenti lil IL-ĠENSillum online, Mariam Degiorgio, li hija responsabbli mill-paġna Maltija tal-JDŻ fuq dan is-sit, fissret li “l-bandiera tagħti identità lil nazzjon. Ħafna bnadar flimkien ta’ nazzjonijiet differenti jgħaqqdu d-dinja kollha”.

AGĦFAS HAWN biex tkompli taqra dan l-artiklu fuq is-sit www.il-gensillum.com