Directives for the celebration of feasts 2021
25/05/2021Il-Knisja f’Malta qed tippubblika direttivi rigward iċ-ċelebrazzjoni tal-festi għal din is-sena, skont l-istqarrija maħruġa fl-14 ta’ Mejju 2021 fejn intqal li l‑festi parrokkjali u festi oħra reliġjużi li jsiru ġewwa l‑bini tal‑Knisja jsiru fil‑ġranet li s-soltu jiġu ċċelebrati, b’rispett sħiħ lejn il‑miżuri għall‑ħarsien tas‑saħħa indikati mill‑awtoritajiet tas‑saħħa.
Dawn id-direttivi jistipulaw li l-quddies u ċelebrazzjonijiet liturġiċi oħra relatati mal-festa jkunu konformi mad-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet ekkleżjastiċi u/jew ċiviċi li jkunu fis-seħħ f’dak iż-żmien, li l-istatwa għandha tinħareġ u tiddaħħal lura fin-niċċa b’mod privat, u li l-armar jista’ jsir bħalma s-soltu jsir… Read more »