Forsaken – an art exhibition inspired by poetry
26/05/2022 Caritas Community Centre, ĦamrunWara sentejn Caritas Malta se ttella’ wirja ta’ arti ispirata mill-poeżija ta’ Michael Boffa. Matul il-wirja se jitnieda wkoll il-ktieb tal-poeżiji Forsaken, li jġorr l-istess isem tal-wirja u li jinkludi x-xogħlijiet artistiċi abbinati mal-poeżiji ta’ Boffa.
Il-poeżiji ta’ Boffa nkitbu f’mumenti diffiċli li kien għaddej minnhom u jirriflettu l-emozzjonijiet li kien qed iħoss f’dak iż-żmien. Dawn il-poeżiji, 30 b’kollox, ingħaddew f’idejn 10 artisti u kull poeżija ġiet interpretata f’xogħol ispirat mill-istess poeżija… Read more »