Homilies by the Auxiliary Bishop

Self-denial and the cross – Bishop Galea-Curmi

Mass offered for all those who lost their job during the pandemic

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu u jimxi warajja.” Dan hu l-kliem li smajna lil Ġesù jgħid fl-Evanġelju llum, u aħna lkoll nixtiequ nimxu warajh, u nkunu dixxipli tiegħu, u jkun hu li jmexxina. Dal-kliem jgħodd ħafna għalina.

Ma kienx ikun aħjar li kieku Ġesù qal jekk xi ħadd irid jiġi warajja, jagħmel li jħoss, jimxi ma’ dak li jogħġbu, u jimxi warajja? … Read more »

A priest according to the heart of God – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of St John Maria Vianney, patron saint of parish priests

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mhux dak li jidħol mill-fomm itebba’ lill-bniedem, imma dak li joħroġ mill-fomm, dan hu li jtebba’ lill-bniedem!” Dan hu l-kliem li smajna lil Ġesù jgħid fl-Evanġelju llum, u nafu mill-esperjenza tal-ħajja kemm hu veru. Meta tisma’ kultant kliem ta’ insulti, mibegħda, tkasbir ta’ Alla jew tal-bniedem xbieha ta’ Alla, tinduna li jkun kliem li jtebba’ lil min jgħidu.

Illum qed niċċelebraw it-tifkira ta’ qaddis li hu eżatt il-kontra, li l-kliem tiegħu kien kliem li jagħmel il-ġid, kliem li jressaq il-bniedem lejn Alla, kliem li jagħmillu ġieh… Read more »

He lifts us up – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at The Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Meta Pietru u sħabu kienu fuq id-dgħajsa li kienet qed titħabat mal-mewġ, bir-riħ kontra tagħhom, l-aħħar ħaġa li kienu qed jistennew kienet li jaraw xi ħadd miexi fuq il-baħar. Għalhekk kif raw xi ħadd miexi, qalu li hu fantażma. Kien Ġesù, m’għarfux li kien Ġesù. Imma meta Ġesù għamlilhom il-qalb, Pietru, li dejjem hu l-ewwel wieħed li jitkellem u jieħu azzjoni, ried li jmur ħdejh, jimxi fuq il-baħar u jasal sa ħdejh… Read more »

From the little we have God does great things – Bishop Galea-Curmi

Mass on the 18th Sunday in Ordinary Time

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Meta aħna nisimgħu din il-ġrajja, moħħna mal-ewwel imur fuq il-miraklu, li kien miraklu kbir u fil-fatt jissemma’ mill-evanġelisti kollha – kif Ġesù tema’ aktar minn ħamest elef ruħ b’ħames ħobżiet u żewġ ħutiet. Din hi ħaġa li tiskantak. Imma l-ġrajja tal-lum hi ħafna aktar profonda. Mhijiex biss il-miraklu, imma hemm ukoll dak li jiswa tassew għall-ħajja tagħna llum. Nixtieq insemmi żewġ messaġġi importanti li hemm f’din il-ġrajja… Read more »

For the greater glory of God – Bishop Galea-Curmi

Memorial Mass of Saint Ignatius of Loyola

  The Chapel of Our Lady of Manresa at The Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Sant’Injazju ta’ Loyola, minn Spanja, miet proprju fil-31 ta’ Lulju tal-1556. Hu magħruf bħala l-fundatur tas-Soċjetà ta’ Ġesù, li nafuha bħala l-Kongregazzjoni tal-Ġiżwiti, u bniedem li għamel ġid kbir lill-Knisja.

Hi interessanti ħafna l-istorja tal-bidla li seħħet f’ħajtu. Hu kien suldat, anzi kien kaptan, u fil-battalja ta’ Pamplona kontra l-Franċiżi, fl-1521, spiċċa ndarab serjament u ħaduh imbagħad għall-kura fil-kastell tal-familja tiegħu f’Loyola… Read more »

Silently, quietly and effectively– Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at The Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Meta Ġesù jsemmi ż-żerriegħa tal-mustarda, qed isemmi żerriegħa żgħira ħafna li mill-bogħod lanqas taraha. U meta jsemmi l-ħmira, qed isemmi xi ħaġa wkoll li hi ftit. Żerriegħa u ħmira huma dawk li fil-fatt jaħdmu minn ġewwa, ix-xogħol li jagħmlu huwa minn ġewwa.

Meta Ġesù jgħid li s-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil żerriegħa tal-mustarda, qed jgħid li diż-żerriegħa ma tibqax żerrriegħa imma tiżviluppa f’siġra… Read more »

A treasure and a fine pearl – Bishop Galea-Curmi

Mass on the 17th Sunday in Ordinary Time

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Biex Ġesù jfiehem lin-nies dak li ried jgħid, kien juża spiss it-tixbihat. Illum nixtieq li niffukaw fuq tnejn minn dawk li jsemmi fl-Evanġelju, li kellhom tifsira speċjali għan-nies ta’ żmienu: 
(i) it-teżor moħbi f’għalqa u
(ii) il-ġawhra li negozjant isib u mbagħad jixtri lilha għax tiswa ħafna.

Ġesù jgħid li s-saltna tas-smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed ibigħ kulma jkollu u jixtri dik l-għalqa… Read more »

Faithfulness till the end – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of St Calcedonius offered for women who will be giving birth, for the Lord to protect them and their baby in childbirth and afterwards

  The Chapel of Our Lady of Manresa at The Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Huma ftit il-qaddisin li d-devozzjoni lejhom bdiet f’Malta. Għandna lil San Publju u lil San Ġorġ Preca, u l-Beati Nazju Falzon u Marija Adeodata Pisani, li kienu jgħixu hawn. Imma hemm qaddis li ma għexx f’Malta u li d-devozzjoni lejh bdiet f’Malta: dan hu San Kalċedonju, li qed niċċelebraw il-festa tiegħu llum. Ir-raġuni hi għaliex snin ilu, fl-1753, il-Papa ta’ dak iż-żmien, Benedittu XIV, kien bagħat hawnhekk il-fdalijiet tiegħu lill-Ġiżwiti li kienu jgħixu f’dan il-post, il-kunvent li kien jissejjaħ tal-Madonna ta’ Manresa… Read more »

We wish to see a sign – Bishop Galea-Curmi

Mass dedicated to those who died in the last few days

  The Chapel of Our Lady of Manresa at The Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Xtaqna kieku naraw sinjal mingħandek.” Dan kien il-kliem li xi kittieba u Fariżej qalu lil Ġesù.

Il-biċċa hi li kienu raw digà sinjali jew semgħu b’sinjali li għamel Ġesù. Ftit qabel din is-silta, fl-Evanġelju ta’ San Mattew, naqraw li “ħafna min-nies marru warajh u fejjaqhom kollha”. U Ġesù, barra l-fejqan, kien ukoll keċċa xjaten, kien sikket it-tempesta, kien għamel diversi sinjali… Read more »

Let them both grow together until harvest time – Bishop Galea-Curmi

Mass on the 16th Sunday in Ordinary Time

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Fi skola kien hemm għalliem li kien qed jitkellem mat-tfal u jipprova jfehimhom, fil-klassi tar-Reliġjon, kif aħna lkoll imsejħin għall-qdusija. Għamlilhom din il-mistoqsija: “X’inhu l-aħjar, għaxra min-nies Insara ta’ veru, li jgħixu l-fidi tagħhom, jew mija li jkunu Nsara tal-isem, jgħidu li huma Nsara imma jagħmlu li jfettlilhom?” It-tfal ma sabuhiex diffiċli jweġbuh: “Aħjar ikollok għaxar Insara ta’ veru!” Imbagħad għamel mistoqsija oħra: “Allura ma jkunx aħjar li kieku fil-Knisja nneħħu lil dawk li mhumiex Insara ta’ veru, dawk li jgħidu li huma Nsara imma jagħmlu l-kontra ta’ dak li nemmnu, ma jkunx aħjar jekk neliminaw lil dawn u jibqgħu biss l-oħrajn, il-ftit?” It-tfal bdew qishom jaqblu miegħu, ħassew li aħjar ikollok Knisja ideali… Read more »