Homilies by the Auxiliary Bishop

Direction, Protection, Attention – Bishop Galea-Curmi

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ix-xbieha ta’ Kristu Ragħaj kienet xbieha għażiża ħafna għall-ewwel Insara. Kellha l-għeruq tagħha ħafna snin qabel meta, kif naraw fit-Testment il-Qadim, il-Mulej hu mfisser bħala ragħaj li jieħu ħsieb il-poplu tiegħu. Għedna llum fis-Salm 23, li tant nafuh: “Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni”. U l-ewwel Insara kienu jiftakru speċjalment f’dan meta jaraw din ix-xbieha ta’ Kristu ragħaj li qed jieħu ħsieb il-merħla tiegħu… Read more »

Nothing would convince them – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Nisel ħażin u infidil”. Dan hu l-kliem iebes li jgħid Ġesù lill-kittieba u lill-Fariżej, li riedu mingħandu sinjal. Qalulu: “Mgħallem, xtaqna kieku naraw sinjal mingħandek”. Imma Ġesù kellu din ir-reazzjoni qawwija u iebsa li jsejħilhom “nisel ħażin u infidil”, u jgħidilhom li se jkollhom kundanna kbira.

Għaliex din ir-reazzjoni ta’ Ġesù? Hawnhekk Ġesù qed isejħilhom hekk, u fil-fatt aktar qabel kien ukoll sejħilhom bi kliem ieħor, bħal “nisel il-lifgħat”… Read more »

The greatness of Mary – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-kliem ta’ Ġesù li smajna fl-Evanġelju llum jista’ għal mument jinħass insensittiv, speċjalment lejn ommu. Hawnhekk naraw li Ġesù kien qed ikellem lin-nies, imbagħad xi ħadd jiġi jgħidlu: Hawn ommok u ħutek – kif nafu fl-Evanġelju “ħutek” huma “qrabatek” – qegħdin ifittxu li jkellmuk. Ma tiġrix spiss fl-Evanġelju li jgħidulu: hawn ommok u l-qraba tiegħek qegħdin ifittxu li jkellmuk; għalhekk timmaġina li Ġesù kellu jieqaf, jgħid lin-nies “skużawni ftit, għax hawn ommi barra ħa nara xi trid, ħa nkellimha naqra”… Read more »

Beautiful sign of God’s love – Bishop Galea-Curmi

Mass on the 30th anniversary of the presbyteral ordination

  The Parish Church of Our Lady of Sorrows, St Paul's Bay

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Tletin sena ilu bħal-lum konna fl-Konkatidral ta’ San Ġwann fejn ġejna ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca. Illum għandna f’qalbna gratitudni kbira lejn Alla u lejn dawk kollha li waqfu magħna tul is-snin kollha ta’ ħajja saċerdotali.

Nixtieq li, ispirati mill-Kelma ta’ Alla, naħsbu fuq dak li jgħidilna l-Mulej fuq kif nistgħu naqdu b’mod sabiħ il-ministeru saċerdotali. Insemmi tliet punti li l-Papa Franġisku, f’dawn l-aħħar xhur speċjalment, semmiehom kemm-il darba u sejħilhom “karatteristiċi tal-istil ta’ Alla”, jiġifieri tal-mod kif Alla jaħdem fil-ħajja tal-bniedem… Read more »

Wise and discreet can go together – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm diversi nies li jisseparaw, jagħmlu firda bejn min hu twajjeb u min iħaddem moħħu. Fil-fatt, tismagħha din, fuq xi ħadd: “Dak veru twajjeb, m’għandux ħażen”, imbagħad wara ftit “jagħmlu li jridu bih!” U fuq ħaddieħor; “Dak ħażin, moħħu jilħaqlu, ma jidħkux bih!”

Qisha hemm firda bejn il-wieħed u l-ieħor, ma tistax tkun il-wieħed u l-ieħor f’daqqa. Fil-fatt, diversi nies jgħidu li kważi aħjar ma tkunx twajjeb, ħalli n-nies ma jagħmlux li jridu bik… Read more »

Proximity, compassion and tenderness – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm tliet kelmiet li l-Papa Franġisku juża diversi drabi, u speċjalment użahom f’dawn l-aħħar xhur, biex ifisser l-istil ta’ Alla. Jgħid – dawn huma l-kelmiet tiegħu – viċinanza, kompassjoni, u tenerezza. Dawn narawhom ħafna fil-ħajja ta’ Ġesù, u f’dan ir-rakkont li smajna mill-Evanġelju skont San Mattew, narawhom jispikkaw b’mod sabiħ.

L-ewwel nett: viċinanza, jiġifieri li Alla hu qrib il-bniedem… Read more »

Rid us from our stubborn head – Bishop Galea-Curmi

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

L-ilment li smajna llum fl-Ewwel Qari fil-Ktieb tal-Profeta Eżekjel dwar nies “rashom iebsa” hu lment li nistgħu nifhmuh. Għax min hu rasu iebsa – aħna ngħidu bil-Malti, b’espressjoni li tassew nifhmuha, “ras taż-żonqor” – diffiċli tipperswadih, diffiċli li jaċċetta dak li hu ovvju kultant. Ikun tant stinat li tiegħu biss tajjeb.

Niesu ma laqgħuhx

Fil-Kelma ta’ Alla llum, għandna mhux biss f’dan l-Ewwel Qari n-nies rashom iebsa, imma fl-Evanġelju Ġesù jiltaqa’ ma’ nies fl-istess pajjiż minn fejn kien hu, li wkoll kienu rashom iebsa… Read more »

A heart open to his mercy – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fil-bidu tal-quddiesa dejjem hemm talba li fiha nitolbu lil Alla jaħfrilna. Waħda mit-talbiet hi dik li għedna llum, fejn ngħidu “jien dnibt ħafna bil-ħsieb, bil-kliem, bil-għemil u billi ħallejt dmirijieti”, u nżidu “ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-akbar ħtija tiegħi…” Din mhix talba li ngħidu għall-kirjanza, imma talba li ngħiduha bis-sinċerità tal-qalb, għax nemmnu li aħna lkoll midinbin, u nersqu lejn il-Mulej bit-talba li hu jaħfrilna dnubietna, isalvana u jgħinna biex ngħixu dejjem aktar kif irid hu… Read more »

Clear with everyone – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm siltiet fl-Evanġelju fejn Ġesù qisu jkun f’burdata ħażina, xejn ma jogħġbu. Din tal-lum hi waħda minn dawn is-siltiet, fejn Ġesù, minħabba li kien imdawwar b’ħafna nies, lid-dixxipli jgħidilhom biex jaqsmu għax-xatt l-ieħor, imbagħad hemmhekk ikellmuh tnejn min-nies, l-ewwel wieħed mill-kittieba, u mbagħad wieħed mid-dixxipli tiegħu.

Lill-ewwel wieħed li jkellem lil Ġesù u jgħidlu “tmur fejn tmur, jien niġi warajk”, Ġesù, flok iħeġġu, kważi jaqtagħlu qalbu bil-mod kif ikellmu, qisu jitfilu l-ħeġġa tiegħu… Read more »

Every life is worth cherishing – Bishop Galea-Curmi

Mass on the 13th Sunday of ordinary time

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ġesù darba qal dan il-kliem: “Ejjew għandi intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin u jien inserraħkom” (Mt 11:28-30). Jidher li l-Evanġelju tal-lum fih żewġ esperjenzi ta’ kemm hu veru dan il-kliem: li f’Ġesù nsibu tassew is-serħan ta’ qalbna. Hawnhekk għandna miraklu ġo miraklu. Fil-qalba ta’ dan ir-rakkont, hemm din il-mara li kienet ilha tnax-il sena tbati bit-tnixxiegħa tad-demm, u li Ġesù jfejjaqha… Read more »