Homilies by the Auxiliary Bishop

It brings nothing but blessings – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum”. Dan hu l-kliem li qal Ġesù lil-Lhud fl-Evanġelju skont San Ġwann. Kliem ċar u dirett. Il-Lhud fehmu li qed jgħid xi ħaġa kbira, imma ma setgħux jifhmu eżattament x’qed jgħid; għalhekk tlewmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?”

Għal din id-domanda tagħhom, Ġesù jirrepeti, darba darbtejn, bi kliem diffferenti, u jerġa’ jgħid l-istess ħaġa… Read more »

The food that endures for eternal life – Bishop Galea‑Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kiltu mill-ħobż u xbajtu”. Dan hu li Ġesù jgħid lin-nies li tħabtu ħafna biex isibuh. Fil-fatt, din is-silta tiġi ftit wara s-silta meta Ġesù jagħmel il-miraklu u jitma’ ’l fuq minn ħamest elef ruħ b’ħames ħobżiet u żewġ ħutiet, u jibqa’ żżejjed ukoll.

Dawn in-nies qasmu għan-naħa l-oħra, u marru Kafarnahum biex isibuh. U meta sabuh lil Ġesù, flok Ġesù wera kemm kien kuntent bil-popolarità – dawn ħadu biċċa triq bħal dik biex jaslu ħdejh – flok feraħ li n-nies qegħdin miegħu, jgħidilhom: “Intom qed tfittxuni mhux għax rajtu sinjali imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu”… Read more »

Transformation with love – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of the Christ the King Convent, Fleur-de-Lys

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Il-Mulej dan!” Dan kien il-kliem li qal Ġwanni lil Pietru fl-Evanġelju tal-lum meta ntebaħ bil-preżenza tal-Mulej li qam mill-imwiet u l-bidla li ġabet fost dawn id-dixxipli. Dawn kienu jifhmu fis-sajd, u għalhekk meta qalu li sejrin jistadu, kellhom f’moħħhom li għallinqas jaqbdu xi ħaġa. Imma dawn għamlu l-lejl kollu jistadu u ma qabdu xejn. Imbagħad filgħodu jaraw lil dan ir-raġel – għall-bidu ma għarfuhx li kien Ġesù Rxoxt – u jgħidilhom: “Waddbu x-xibka n-naħa tal-lemin tad-dgħajsa u ssibu”… Read more »

Always protect the Maltese people – Bishop Galea‑Curmi

Mass on the eve of the feast of St Publius

  The Parish Church of St Publius, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ħa nibda bit-talba li l-Papa Franġisku għamel fil-grotta ta’ San Pawl, ir-Rabat. Il-Papa mar hemmhekk biex jagħti qima lil San Pawl. Niżel fil-grotta, u hemm ma għamilx diskorsi imma qagħad għal ftit ħin fis-skiet u għamel talba sabiħa ħafna. Fiha qal hekk fuq dak li għamlu l-Maltin fil-ġrajja tan-Nawfraġju: “Qabbdu ħuġġieġa kbira, biex jinxfu u jisħnu. Laqgħuhom b’qalb miftuħa u, flimkien ma’ Publiju, l-ewwel fit-tmexxija u fil-ħniena, sabulhom fejn joqogħdu.” Dan kien il-kliem tal-Papa fit-talba li għamel fil-grotta ta’ San Pawl… Read more »

Easter to Pentecost Reflections – Third Sunday of Easter

Reflection for the Third Sunday of Easter by Bishop Joseph Galea-Curmi

Gospel: Jn 21:1-19

Afterwards, Jesus appeared again to his disciples, by the Sea of Galilee. It happened this way: Simon Peter, Thomas (also known as Didymus), Nathanael from Cana in Galilee, the sons of Zebedee, and two other disciples were together. “I’m going out to fish,” Simon Peter told them, and they said, “We’ll go with you.” So they went out and got into the boat, but that night they caught nothing… Read more »

You have revealed them to infants – Bishop Galea‑Curmi

Memorial of St Catherine of Siena

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Dawn il-ħwejjeġ…għarrafthom lil min hu ċkejken”. Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Mattew, meta jfaħħar lill-Missier għax “dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min hu għaref u lil min jifhem, u għarrafthom lil min hu ċkejken”. Fl-Evanġelju skont San Luqa nsibu din l-istess silta; hemm miktub li Ġesù kien mimli bil-ferħ li ġej mill-Ispirtu s-Santu meta qal dan il-kliem… Read more »

Proclaimer of the Gospel – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of St Mark

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

San Mark hu wieħed mill-erba’ evanġelisti. Kien il-kuġin ta’ San Barnaba, u fil-fatt narawh flimkien ma’ Barnaba u Pawlu f’wieħed mill-vjaġġi missjunarji tagħhom. Imbagħad kien hemm xi żmien li kien hemm nuqqas ta’ ftehim, kif naqraw fl-Atti tal-Appostli Kapitlu 15, u spiċċa hu jmur ma’ Barnaba, u Pawl band’oħra. Imma iktar ’l quddiem naraw li jerġgħu flimkien. San Pawl fit-Tieni Ittra lil Timotju jgħidlu: “Ħu ’l Marku u ġibu miegħek għax hu jiswieli ħafna għall-ministeru” (2 Tim 4:11)… Read more »

Have mercy on us – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of the Divine Mercy

  The Sanctuary of the Divine Mercy, Naxxar

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Is-sliem għalikom”. Din kienet it-tislima li ta Ġesù lid-dixxipli tiegħu meta dehrilhom wara li qam mill-mewt, għal darba darbtejn, u din hi t-tislima li aħna nixtiequ li jkollna, u dak li qed infittxu aħna li miġburin flimkien niċċelebraw il-Festa tal-Ħniena Divina. Aħna nixtiequ li jkollna s-sliem l-ewwel nett f’qalbna – il-paċi f’qalbna – imbagħad il-paċi man-nies li ngħixu magħhom, paċi fis-soċjetà tagħna u paċi fid-dinja… Read more »

My Lord and my God

Mass on the second Sunday of Easter

  The Church of the Good Shepherd, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Tolqotna ħafna fl-Evanġelju kif id-difetti, in-nuqqasijiet, u d-dnubiet ta’ dawk qrib ta’ Ġesù, tat-tnax, narawhom, u narawhom mhux darba jew tnejn, imma diversi drabi. Tolqotna għax dawn il-persuni kienu l-bidu tal-Knisja, u min kiteb l-Evanġelju, flok għatta, iċċensura, in-nuqqasijiet u d-difetti tagħhom, semmiehom – u kull darba aħna niftakru fihom.

Bla ħabi

Niftakru speċjalment, meta ċċelebrajna l-Passjoni ta’ Ġesù, fiċ-ċaħdiet ta’ Pietru – Pietru, il-kap tal-Knisja… Read more »

Easter to Pentecost Reflections – Second Sunday of Easter

Reflection for the Second Sunday of Easter by Bishop Joseph Galea-Curmi

Gospel: Jn 20:19-31

On the evening of that first day of the week, when the doors were locked, where the disciples were, for fear of the Jews, Jesus came and stood in their midst and said to them, «Peace be with you.» When he had said this, he showed them his hands and his side… Read more »