Homilies by the Auxiliary Bishop

For the greater glory of God and for the good of others – Bishop Galea-Curmi

Mass on the 500th anniversary of the conversion of St Ignatius of Loyola

  St Ignatius College, Ħal Qormi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

L-istorja ta’ San Injazju hi storja ħafna drabi drammatika. Dan kien bniedem b’ambizzjoni kbira u ried li jkun suldat tajjeb, suldat li lest għal kull battalja. Aħna nafu li l-bidu tal-konverżjoni tiegħu jmur lura għal battalja minnhom – il-battalja ta’ Pamplona, fi Spanja viċin ħafna ta’ Franza – fejn San Injazju kien qed jiġġieled u jagħmel ħiltu fil-battalja, imma mbagħad intlaqat minn balla ta’ kanun li tertqitlu siequ l-leminija u anke feriet ix-xellugija… Read more »

We resemble the servant Jesus Christ – Bishop Galea-Curmi

  The Parish Church of St Publius, Floriana

“Il-Knisja f’Malta għandha storja twila ta’ għajnuna diretta lin-nies fil-bżonn permezz ta’  donazzjonijiet ta’ flus, ħwejjeġ u servizzi. Kuljum, kull ġimgħa u kull sena, il-poplu Malti jisma’, jinkuraġġixxi u jgħin nies fil-bżonn. Minn dejjem kellna tradizzjoni ta’ ħidma favur dawk li huma fil-bżonn; fil-fatt waħda mill-isbaħ karatteristiċi tal-Knisja tagħna hi l-ġenerożità tagħna b’risq oqsma ta’ emarġinazzjoni u faqar… Ftit huma l-appelli għall-għajnuna, f’Malta jew barra, li ma jkollhomx tweġiba ta’ ġenerożità li timpressjonak” (Djakonija u Ġustizzja, 6)… Read more »

We observe his word because we love him – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għal aktar minn darba, fl-Evanġelju tal-lum skont San Ġwann, Ġesù jenfasizza r-rabta bejn l-imħabba lejh u li nħarsu l-kelma tiegħu, li nħarsu l-kmandamenti tiegħu. Jgħid: “Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni” (Ġw 14:21). U aktar tard jgħid: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti” (Ġw 14:23).

Din ir-rabta Ġesù jenfasizzaha hawn, imma anke f’mumenti oħra; jiġifieri li aħna, sforz l-imħabba tagħna lejh, nagħmlu dak li jgħidilna hu… Read more »

How all will know who you are – Bishop Galea-Curmi

Mass on the fifth Sunday of Easter

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kif ħareġ Ġuda miċ-ċenaklu…” L-ewwel kelmiet ta’ din is-silta mill-Evanġelju skont San Ġwann turina l-waqt meta Ġesù, waqt l-Aħħar Ċena, qal il-kliem li smajna fl-Evanġelju. Kien għadu kif ħabbar li wieħed mid-dixxipli kien se jittradih, u d-dixxipli stagħġbu u bdew jippruvaw jaraw min, għax Ġesù ma kienx semma ismu. Imbagħad Ġesù qal: “Dak li għalih se nbill din il-loqma ħobż fil-platt u nagħtihielu”, u għamel hekk u taha lil Ġuda, u Ġuda ħadha u ħareġ miċ-ċenaklu… Read more »

Easter to Pentecost Reflections – Fifth Sunday of Easter

Reflection for the Fifth Sunday of Easter by Bishop Joseph Galea-Curmi

Gospel: Jn 13:31-33a,34-35

When he had gone out, Jesus said, “Now the Son of Man has been glorified, and God has been glorified in him. If God has been glorified in him, God will also glorify him in himself and will glorify him at once. Little children, I am with you only a little longer… Read more »

To not trouble our heart – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tħallux qalbkom titħawwad!” (Ġw 14:1). Dan hu l-kliem li Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu. Hawnhekk qegħdin fl-ewwel versi tal-Kapitlu 14 ta’ San Ġwann – diskors twil li jibqa’ sejjer sal-aħħar tal-Kapitlu 17. Ġesù jgħidilhom “tħallux qalbkom titħawwad”, għax ftit qabel kien qalilhom: “fejn sejjer jien, intom ma tistgħux tiġu” (Ġw 13:33). Din ħawdithom, u kien hemm dik ir-reazzjoni ta’ Pietru li qallu: jien lest li nagħti ħajti għalik, inkun miegħek dejjem… Read more »

The joy of the Church is to evangelise – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of St Ġorġ Preca

  The Chapel of Our Lady of the Miraculous Medal, Blata l-Bajda

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mgħallem, mhux li kien id-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju tiegħek!” Dawn huma l-ittri ‘MUSEUM’, it-tifsira tagħhom, tal-kelma bil-Latin, u kien proprju dan li kien f’qalb San Ġorġ Preca. Hekk smajna lil Ġesù jgħid lill-ħdax fl-Evanġelju skont San Mark: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu”.

San Ġorġ Preca, kif għedna fit-talba fil-bidu tal-quddiesa, kellu din is-sejħa speċjali minn Alla biex jaħdem ħalli l-Evanġelju jixtered mal-bnedmin kollha, u d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju ta’ Ġesù… Read more »

Caring about the beauty from the past, looking towards the future – Bishop Galea-Curmi

Mass on the appointment of two canons

  The Collegiate of St Paul's Shipwreck, Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Illum hu l-Jum Dinji ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet, billi hu r-Raba’ Ħadd tal-Għid meta l-kelma ta’ Alla turina lir-Ragħaj it-Tajjeb, Ġesù Kristu. Għal dan il-jum il-Papa Franġisku ħareġ messaġġ, u fil-bidu jsemmi tliet punti li jien nixtieq li jkunu l-punti li fuqhom nirriflettu f’dan il-jum, f’din l-okkażjoni tal-ħatra ta’ Fr Peter u Fr Antoine bħala kanonċi ġodda. Tgħodd ħafna għalina lkoll.

Il-Papa jgħid kemm hu importanti li aħna: nibnu l-familja umana, infejqu l-ġrieħi tagħha, u nindirizzawha lejn futur aħjar… Read more »

Care, Protection and Guidance – Bishop Galea-Curmi

Mass on the World Day of Prayer for Vocations 2022

  Seminary Vocations Centre, Tal-Virtù Rabat

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ix-xbieha ta’ Ġesù Kristu ragħaj hi xbieha antika ħafna – fil-fatt ilha mill-ewwel sekli wara Kristu. Jekk aħna mmorru l-katakombi f’Ruma, pereżempju l-katakombi ta’ Domitilla, ta’ Priscilla, ta’ San Kallistu, insibu din ix-xbieha mal-ħajt, li tfakkarna kif mill-ewwel sekli kienet xbieha għażiża ħafna għall-ewwel Insara.

Fuq l-ispalla u fit-triq

L-iktar xbieha antika li nsibu hi dik ta’ Ġesù Kristu bin-nagħġa fuq spallejh, qed jerfagħha; u magħha wkoll dik ta’ Ġesù Kristu miexi u n-nagħaġ mexjin warajh jew madwaru, imma qed imexxihom hu… Read more »

Easter to Pentecost Reflections – Fourth Sunday of Easter

Reflection for the Fourth Sunday of Easter by Bishop Joseph Galea-Curmi

Gospel: Lk 10:27-30

Jesus answered, “You shall love the Lord your God with all your heart, and with all your soul, and with all your strength, and with all your mind; and your neighbour as yourself.” And he said to him, “You have given the right answer; do this, and you will live.”

But wanting to justify himself, he asked Jesus, “And who is my neighbour?” Jesus replied, “A man was going down from Jerusalem to Jericho, and fell into the hands of robbers, who stripped him, beat him, and went away, leaving him half dead… Read more »