The first and the second together – Bishop Galea-Curmi
17/03/2023 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Liema wieħed, fost il-kmandamenti kollha, huwa l-ewwel?” (Mk 12:28) Din kienet id-domanda li wieħed mill-kittieba għamel lil Ġesù, kif rajna fl-Evanġelju skont San Mark. Kienet domanda li kienu jagħmluha kultant l-għorrief bejniethom biex jiddiskutu. Ir-raġuni kienet li filwaqt li aħna llum, meta nisimgħu l-kelma “kmandamenti”, mal-ewwel immorru għall-għaxar kmandamenti li Alla ta lill-poplu Lhudi permezz ta’ Mosè, fi żmien Ġesù kien hemm numru kbir ta’ kmandamenti, preċetti, regolamenti, u dak kollu li b’xi mod jew ieħor kellhom jagħmlu – jgħidu li kien hemm 648… Read more »














