Hope does not trick us – Bishop Galea-Curmi
08/04/2023 Parish Church, BalzanPhoto by Lukas L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Qegħdin tfittxu lil Ġesù li kien imsallab. Mhuwiex hawn, għaliex qam, kif kien qal” (Mt 28:5-6). Din hija l-Aħbar il-kbira li ta l-anġlu lin-nisa li marru ħdejn il-qabar ta’ Ġesù, u hija l-Aħbar li tiġbor l-aktar ħaġa essenzjali – l-Aħbar it-Tajba – fil-kelma ta’ Alla. Hija l-isbaħ Aħbar, hija l-ikbar Aħbar, mhux biss għalina li nemmnu imma għall-umanità kollha.
Ir-rabta mal-Passjoni u l-Mewt
Nistgħu nifhmu ħafna x’jiġifieri din l-Aħbar li Ġesù qam mill-mewt meta aħna niftakru f’dak li ċċelebrajna f’dawn il-ġranet li għaddew, speċjalment ilbieraħ meta fakkarna l-Passjoni u l-mewt ta’ Ġesù… Read more »














