“The Lord’s forgiveness and mercy bring peace in our hearts” – The Archbishop
Mass on Divine Mercy Sunday
11/04/2021 The Sanctuary of the Divine Mercy, San Pawl tat-Tarġa, NaxxarL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Araw idejja u riġlejja. Jiena hu” (Lq 24:39). Fil-jum tal-irxoxt tiegħu l-Mulej jersaq lejn l-aħwa, lejn il-ħdax miġbura fil-kamra ta’ fuq u jieqaf f’nofshom u jagħtihom l-aqwa teżor, l-ikbar ġid. It-tislima tiegħu tiġbor dan kollu: “Is-sliem għalikom” (Ġw 20:19).
“Għaliex tħawwadtu?” jgħidilhom, “għaliex dan it-tħassib kollu f’qalbkom? Araw idejja u riġlejja. Jiena hu” (Lq 24:38-39). Kull meta aħna nitħawdu minħabba dnubietna, kull meta qalbna titqal bit-tħassib, il-Mulej ifakkarna fil-pjagi mqaddsa tiegħu… Read more »














