Archbishop’s Homilies

If we want to understand the measure of the Saviour’s love, let us look at the crucifix – The Archbishop

Homily during mass on the feast of Christ the Saviour

  Our Saviour's Church, Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kien hemm żewġt irġiel jitħaddtu miegħu: Mosè u Elija li dehru fil-glorja jitħaddtu dwar tmiem ħajtu li kellu jseħħ f’Ġerusalemm. It-tliet Evanġelji li għandna r-rakkont tat-trasfigurazzjoni fihom: l-Evanġelju ta’ San Mark, l-Evanġelju ta’ San Mattew u l-Evanġelju ta’ San Luqa. Huwa l-Evanġelju ta’ Luqa biss li jgħidilna x’kienu qed jitkellmu Mosè u Elija meta kienu qed jitħaddtu ma’ Ġesù. Fl-Evanġelju ta’ San Mark u ta’ San Mattew jgħidulna biss li dehru Mosè u Elija jitħaddtu miegħu… Read more »

God saves us through our brothers and sisters – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hemm diversi mumenti ta’ dan id-djalogu bejn Ġesù u Pietru li għadna kemm smajna, li jibqgħu mmarkati f’qalbna. Ġesù jgħid kliem li hu ta’ kuraġġ. Meta jibżgħu mid-dehra tiegħu miexi fuq il-baħar, jgħidilhom: “Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn!” (Mt 14:27). Min jaf kemm mumenti fil-ħajja tagħna, ngħaddu minn sitwazzjonijiet ta’ diffikultà kbira u jkollna bżonn nisimgħu din il-Kelma tal-Mulej… Read more »

“What is the value of having wealth but not having love?” – The Archbishop

  The Parish Church of St Anne, Marsaskala

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ilkoll nafu kemm jista’ joħloq inkwiet dan l-imbierek wirt. Donnu Ġesù xamma din il-ħaġa meta wieħed mill-folla staqsih biex jgħid lil ħuh jaqsam il-wirt miegħu (Lq 12:13). Imma mbagħad immedjatament jispjegalna fuq xiex għandna noqgħodu tassew attenti u juża din il-kelma qawwija: “Iftħu għajnejkom, ħarsu rwieħkom minn kull rebgħa”. Hu jispjegalna “għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam,” jgħid, “ħajtu ma tiddependnix mill-ġid li jkollu” (Lq 12:15)… Read more »

How will I give value to my life? – The Archbishop

Mass on the 50th anniversary of the priestly ordination of Fr Mosè Borg

  The Parish Church of the Transfiguration, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna mdorrijin inkejlu s-suċċess ta’ din id-dinja bil-ġid li dak li jkun ikollu mrekken u mfakkar. Anke l-ulied, kultant, iħarsu lejn il-ġenituri bħala investiment. X’se jħallulna? Ħafna drabi mal-wirt jiġi wkoll ħafna inkwiet.

Fil-fatt, l-Evanġelju tal-lum jibda proprju b’din is-sitwazzjoni, ta’ tilwim bejn l-aħwa dwar il-wirt. Ġesù jirrifjuta li jidħol f’din il-bixkla għax, kif nafu, ftit hemm soluzzjonijiet ġusti f’dawn l-affarijiet… Read more »

“Let us allow the Lord to mould us” – The Archbishop

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-parabbola meħuda minn kapitlu 13 ta’ San Mattew, Ġesù ma jaħbix it-tagħlim dwar il-ġudizzju finali. X’inhu dan? Huwa l-ġudizzju li jimmarka d-destin tagħna wara din il-ħajja. Dan huwa destin li aħna niddeċieduh minn issa. Il-mod kif nistgħu nevitaw il-ġudizzju tal-kundanna huwa li minn issa nitgħallmu nafdaw u nirrikorru lejn il-ħniena ta’ Alla.

Anke fil-mument tal-ġudizzju se jkun hemm ukoll il-ħniena ta’ Alla; l-offerta ta’ Alla li nilqgħu l-ħniena tiegħu… Read more »

The choice to squander our heritage or make it flourish – The Archbishop

Mass on the 25th anniversary of the establishment of the National Auditor's Office (NAO)

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-istedina ta’ Ġesù tirrepeti ruħha diversi drabi fl-Evanġelju: “Min għandu widnejn ħa jisma’!” (Mt 13:43). Qed jgħid hekk għax il-kliem li għadna kemm smajna, li hu tifsira li jagħti ta’ waħda mill-parabboli – il-parabbola tas-sikrana fl-għalqa, propju huma kliem li jimpenjawna ħafna.

Jista’ jkun ukoll li wieħed jgħid kemm huma kliem qawwija dawn meta l-Mulej jitkellem dwar il-konsegwenzi tal-għażliet tagħna… Read more »

“Dear Lord, I need you” – Praying with St George Preca on the 60th anniversary of his demise

Mass on the 60th anniversary of St George Preca's death

  Fra Diegu Chapel, Ħamrun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Emmint, u għalhekk tkellimt” (2 Kor 4:13). Kemm hu sabiħ dan il-kliem li l-Appostlu Missierna San Pawl jgħid lill-Korintin, in-nies tal-belt fil-Ġreċja li jisimha Korintu. Lin-nies tal-belt ta’ Korintu, San Pawl kitbilhom żewġ ittri u is-silta li smajna proprju llum hija mit-tieni ittra li kiteb lin-nies ta’ Korintu. “U b’hekk fina taħdem il-mewt, imma fikom taħdem il-ħajja. Imma billi aħna għandna l-istess spirtu ta’ fidi li fuqu hemm miktub, ‘Emmint, u għalhekk tkellimt,’ aħna wkoll emminna, u għalhekk tkellimna, għax nafu li dak li qajjem lill-Mulej Ġesù lilna wkoll għad iqajjimna flimkien ma’ Ġesù” (2 Kor 4:12-14)… Read more »

Teaching our children the alphabet of our faith – The Archbishop

Mass on the feast of St Calcidonius

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ftit punti ħfief ispirati minn dan l-Evanġelju li hu profond ħafna, għandu ħafna tagħlim u naħseb importanti ħafna wkoll għalina u għall-ħajja tagħna spiritwali, il-ħajja Nisranija tagħna.

L-ewwel nett Ġesù jibda mill-eżempju. Se jgħallimna fuq it-talb imma l-Evanġelju ta’ San Luqa ħafna drabi u anke fil-bidu ta’ din is-silta jgħidilna li Ġesù kien isib il-ħin biex jitlob. “Darba Ġesù kien qiegħed xi mkien jitlob”… Read more »

Our Lady teaches us to do the Father’s will – The Archbishop

Mass with UMTAL pilgrims

  Lourdes Grotto, France

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù kien jaf sew min hi ommu u kien jaf sew ukoll kemm hi għamlet ir-rieda tal-Missier. Niftakru biss biss fil-kelma li qalet lill-anġlu Gabrijel: “Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej, ikun minni skont kelmltek” (Lq 1:37). U l-kelma wkoll li qalet lill-qaddejja fit-tieġ ta’ Kana: “Agħmlu dak li jgħidilkom hu” (Ġw 2:5).

Mela l-Madonna mhux biss għamlet ir-rieda tal-Missier imma wkoll tgħallimna biex aħna nagħmluha… Read more »

The feast of the Immaculate Conception makes no sense if we do not understand that we are celebrating God’s mercy – The Archbishop

Homily during a mass on the occasion of the 200th anniversary of the founding of the Collegiate Church of Cospicua

  The Collegiate Church of the Immaculate Conception, Cospicua

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bir-raġun il-poplu tal-belt Cospicua llum jifraħ, fit-tieni ċentinarju mit-twaqqif ta’ dil-parroċċa bħala kolleġġata: il-bidu ta’ 200 sena servizz mill-kapitlu Bormliż. Imma xi tfisser li jkollok grupp ta’ saċerdoti fil-parroċċa tiegħek, dedikati għas-servizz tal-poplu u msejħin jagħtu glorja lil Alla bit-talb ta’ bejniethom u fuq kollox bl-imħabba lejn xulxin. Tfisser impenn. 

Illum f’riġlejn il-Kunċizzjoni, f’riġlejn Marija ta’ Nazaret imnissla mingħajr ebda tebgħa tad-dnub, nitolbu l-grazzja għall-vokazzjonijiet saċerdotali; imma nitolbu wkoll għall-grazzja liż-żgħażagħ tagħna biex jibqgħu jinġibdu lejn is-sagrament taż-żwieġ u jwaqqfu familja Nisranija. 

Ma tistax tifraħ fil-200 sena mit-twaqqif tal-kulleġġ jew il-kapitlu tal-kanonki, u ma titlobx lill-Mulej ikompli jħaddem il-grazzja tiegħu biex żewġ sagramenti jkomplu jibnu lill-komunità… Read more »