Archbishop’s Homilies

Following in Our Lady’s footsteps – The Archbishop

Mass on the feast of Our Lady of Mount Carmel

  The Basilica of Our Lady of Mount Carmel, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Nimxu warajk kull fejn teħodna, Verġni Marija!” Kemm hu sabiħ dan ir-responsorju li għadna kemm tlabna, f’din il-quddiesa solenni fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu. Ta’ min naħsbu ftit fuq dan il-versett, li nirrepetuh ta’ kull sena f’din it-tifkira solenni tas-16 ta’ Lulju; proprju f’din is-sena li qed niċċelebraw l-400 anniversarju mill-ewwel purċissjoni fil-Belt Valletta, bi xbieha għażiża tal-Madonna tal-Karmnu. Il-mixja flimkien. Bil-Grieg, nimxu flimkien hi ‘syn hodos’ – sinodu… Read more »

Courtesy visit by the Secretary General of Caritas Internationalis

  The Archbishop's Curia, Floriana

L-Arċisqof Charles Scicluna jiltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali ta’ Caritas Internationalis Dr Aloysius John waqt żjara ta’ korteżija, li saret il-Ħamis 14 ta’ Lulju 2022, fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana. Għal din iż-żjara kienu preżenti wkoll il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija Mons. Charles Cordina u d-Direttur ta’ Caritas Malta Anthony Gatt. Caritas Malta, li hi entità tal-Knisja f’Malta, tifforma parti minn Caritas Europa fejn hemm madwar 49 pajjiż membru waqt li f’Caritas Internationalis hemm 162 pajjiż membru minn madwar id-dinja… Read more »

Through Jesus the burden becomes sweet and light – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

Ġesù ma jaħbix il-fatt li qed joffrilna madmad u qed joffrilna toqol; u jsejħilhom tiegħu. Misteru kbir dan, li mexxej li qed jipprova jattirak lejh, ma jaħbilekx l-isfidi tad-dixxipulat, tal-fatt li inti tkun miegħu. Jaf li aħna “mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom” (Mt 11:28), jgħid. Imma fl-istess ħin, waqt li se jserraħna mit-taħbit u t-toqol tagħna; u dan hu misteru kbir; qed jgħidilna: ‘isma’ jien se noffrilkom madmad u toqol’… Read more »

The Archbishop on Police Day: The battle for humanity to live justly

Mass on Police Day

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-kliem ta’ Ġesù jistedinna għas-sens ta’ responsabbiltà. Aħna l-qassisin, ħafna drabi u nagħmlu sew, nipprietkaw kontinwament fuq il-ħniena ta’ Alla. Il-ħniena ta’ Alla hi wkoll mument ta’ umiltà, li fih nitolbu lil Alla jaħfrilna d-dnubiet li nagħrfu li għamilna għax quddiem ir-responsabbiltà tagħna nifhmu li mhux dejjem ngħixu skont l-ideali għolja li għalihom imsejħin.

Kull anniversarju jiġbor fih żewġ elementi, li l-qaddis Malti San Ġorġ Preca ġabar f’din il-frażi feliċi: ‘Grazzi Sinjur Alla, u aħfirli Sinjur Alla’… Read more »

“There’s nothing worse than the culture of waste!” – The Archbishop

Mass on the 15th Sunday in Ordinary Time

  The Chapel of St Scholastic Monastery, Vittoriosa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Almenu għal darba Ġesù jiltaqa’ ma’ avukat bravu imma li xorta kellu bżonn jitgħallem xi ħaġa mingħand Ġesù. Dan l-avukat, dan l-għaref tal-Liġi, kellu fih ix-xewqa li għandna lkoll kemm aħna: “Kif nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem” (Lq 10:25). Dan ir-raġel, dan l-avukat, mhux biss ried jgħix imma ried jgħix għal dejjem. Ġesù juża l-għerf tiegħu u jgħidlu: “Fil-Liġi x’hemm miktub? … Read more »

We need tenderness in a world marked by violence, aggression, and arrogance – The Archbishop

Message at the inauguration of the restored miraculous icon of Our Lady of Damascus

  The Church of Our Lady of Damascus, Birgu

Homily by Archbishop Charles Jude Scicluna

Your Excellency, President of the Republic, Mrs Vella, Honourable Minister, Your Excellencies, distinguished guests, a special greeting to Papas Martin Zammit and Papas Emeritus George Mifsud.

Thank you so much, George, for all that you have done and for your excellent introduction to the theology of the icon.

I remember being in Damascus in 2008, before the troubles, when the local clergy told me: “You have one of our icons.” I replied, “Well, I don’t know whether it is yours, but we are taking good care of it.”

So, in Damascus, they know that in Malta we have not only a great devotion to this icon but also take great care of this very ancient and beautiful treasure… Read more »

The Mnarja feast reminds us that our roots cannot grow in concrete and cement – The Archbishop

Mass on the Solemnity of St Peter and St Paul

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Il-Mulej waqaf miegħi u tani l-qawwa biex bis-saħħa tiegħi l-kelma tixxandar sal-aħħar u l-ġnus kollha jisimgħuha hekk jien sfajt meħlus minn ħalq l-iljun. Il-Mulej jeħlisni minn kull deni u jħarisni sa ma nasal fis-saltna tiegħu tas-sema” (2 Tim 4:17-18). Dan il-kliem tal-Appostlu Missierna San Pawl lid-dixxiplu żagħżugħ Timotju jagħtina tifsira profonda ta’ din il-festa li qed nagħmlu llum.

L-ewwel qari jagħtina esperjenza qawwija ta’ Pietru li jiġi arrestat minn Erodi u jinħeles minn ħabs aħrax u x’aktarx mill-kundanna tal-mewt… Read more »

“What does God expect of us?” – Asks the Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

Permezz tas-silta li qrajna llum mill-Evanġelju, inħoss li Ġesù jgħallimna lezzjoni għażiża. Ħafna drabi nkunu għaddejjin mill-maltemp, kemm bħala Knisja, kemm bħala soċjetà, u kemm bħala individwi. Maltemp li jħabbatna personalment u individwalment. Lill-Mulej ngħidulu: “Salvana! Se nintilfu!” (Mt 8:25). Inħossuh li hu rieqed, la jisma’, la jara. Il-Mulej illum jgħidilna din il-kelma li ta’ min ngħożżuha. “Dan il-biża’ kollu għalfejn, ja nies ta’ fidi ċkejkna?” (Mt 8:26)… Read more »

The law of patience and forgiveness – The Archbishop on the feast of the Redeemer

Mass and procession on the feast of the Redeemer

  The Basilica of the Nativity of Mary

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Meta Ġesù qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja” (Lq 9:51). Hekk jibda l-Evanġelju tal-lum. Qegħdin fil-kapitlu 9 ta’ San Luqa. San Luqa diġà jibda jkellimna fuq il-mument meta Ġesù jittieħed mid-dinja bil-passjoni ħarxa tiegħu, bil-mewt tiegħu fuq is-salib. Hu l-mument li nfakkruh b’din l-istatwa għażiża tar-Redentur. Wasal iż-żmien li jitgħabba bil-mard tagħna, bid-dnubiet tagħna, litteralment iġorrhom fuq spallejh… Read more »

The Lord comes with the power of his mercy – The Archbishop

Mass on the feast of the birth of St John Baptist

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Huma diversi l-mumenti meta fit-talb tal-Knisja nsibu lil Ġwanni, it-tifel ta’ Żakkarija u ta’ Eliżabetta bħala l-protagonist jew wieħed mill-protagonisti. Illum qed niċċelebraw it-twelid tiegħu imma l-ewwel darba li niltaqgħu miegħu, għadu tarbija fil-ġuf, fil-festa tal-Viżitazzjoni, meta Marija maret iżżur il-qariba tagħha Eliżabetta. It-tarbija li kellha Eliżabetta fil-ġuf, li llum niċċelebraw it-twelid tagħha, qabżet bil-ferħ malli semgħet il-vuċi ta’ Marija ssellem lil Eliżabetta, xi ħaġa li Eliżabetta stess tgħid: “Malli smajt it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ” (Lq 1:44)… Read more »