Archbishop’s Homilies

Heaven awaits us beyond the corruption of the grave – The Archbishop

Homily during the Vigil Mass of the Solemnity of Saint Mary

  The Metropolitan Cathedral of St. Paul, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Wieħed mit-titli sbieħ li nsibu fil-litanija ta’ Loreto, li ngħidu wara r-rużarju, huwa: ‘Arka tal-patt il-ġdid’ – ‘foederis arca’. L-ewwel qari jfakkarna f’dan it-titlu tal-Madonna. Qed naqraw ir-rakkont ta’ David, li jwassal l-arka f’Ġerusalemm – huwa vjaġġ. Il-Ktieb tal-Kronaki, jagħti ħafna dettalji dwar kemm kienet solenni din il-proċessjoni li waslet l-arka tal-Mulej f’Ġerusalemm. Il-Knisja tagħżel dan il-qari, proprju aħna u nibdew din is-solennità hekk kbira, biex tfakkarna li qed niċċelebraw dan it-transport, dan il-vjaġġ tal-arka tal-patt il-ġdid li tidħol f’Ġerusalemm tas-sema, tidħol il-Ġenna. 

Meta nimmaġinaw it-Tlugħ is-Sema tal-Madonna ħafna drabi nimmaġinawha tielgħa ’l fuq għax l-istatwi u l-pitturi tagħna ppruvaw jispjegaw dan il-misteru b’dan il-mod grandjuż… Read more »

What fire did Jesus bring? – The Archbishop asks

Mass on the 20th Sunday in Ordinary Time

  The Chapel of St Simon the Apostle, Wardija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nistgħu ngħidu li Ġesù, biex jispjega min hu u l-preżenza tiegħu fostna u anke fil-familja li waqqaf, juża l-elementi tan-natura: l-ilma, “min jemmen fija għajn ta’ ilma ġieri toħroġ mill-qalb tiegħu”, in-nifs u l-arja bħala sinjal tal-ispirtu. Jagħtina ħafna tixbihat tas-saltna biż-żrieragħ, bis-siġar u bix-xtieli. Huwa juża l-element tal-art.

Illum ikellmna fuq in-nar, element ieħor importanti u li kull kultura kienet tirrealizza l-qawwa tiegħu… Read more »

Be a tree that joins the forest of trees that grow in silence – The Archbishop to Dingli Archpriest

Mass on the beginning of the pastoral work of Fr David Farrugia as parish priest of Ħad-Dingli parish

  The Parish Church of the Assumption of Our Lady, Ħad-Dingli

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna u nippreparaw biex niċċelebraw l-Għid tal-Assunta, u intom li ftit ġranet oħra wkoll tiċċelebraw il-festa titulari ta’ din il-parroċċa, ippermettuli nieqaf ftit fuq din l-espressjoni profonda u sabiħa, li tiġbor fiha l-karattru spiritwali u profond ta’ Sidtna Marija: “Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek!” (Lq 1:38).

Għażiż Arċipriet Dun David, nawguralek li fil-jiem kollha ta’ ħajtek, filgħodu kif tqum biex tfaħħar lill-Mulej, matulek ja ġurnata, inti u tiltaqa’ mal-poplu għażiż ta’ Alla; fi tmiem il-ġurnata, inti u teżamina, kif hekk hemm bżonn li nagħmlu; fil-kuxjenza tiegħek, tkun tista’ tgħid: jien il-qaddej tal-Mulej… Read more »

My cross is my only hope – Edith Stein

Mass on the feast of St Teresia Benedicta of the Cross (Edith Stein)

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Jingħad li wara li arrestawha fl-1942, Edith Stein jew il-qaddisa tagħna Tereża Benedetta tas-Salib, soru tal-klawsura Karmelitana, għamlet il-vjaġġ fit-tren mill-Olanda fejn kienet, għal Auschwitz fil-Polonja. Ix-xhieda li baqgħu ħajjin jgħidu li fil-vjaġġ kienet mara ta’ kalma kbira, ta’ talb, ta’ ġabra u ta’ karitá kbira.

Naħseb ħafna minn dawk li nqabdu mill-Gestapo kienu jafu li ma kinux sejrin xi vaganza jew piknik imma x-xhieda li baqgħu ħajjin jgħidu kemm impressjonathom il-kalma ta’ din il-mara għax ma kinitx mara anzjana, Edith Stein kellha madwar il-50 sena meta mietet… Read more »

If we want to understand the measure of the Saviour’s love, let us look at the crucifix – The Archbishop

Homily during mass on the feast of Christ the Saviour

  Our Saviour's Church, Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kien hemm żewġt irġiel jitħaddtu miegħu: Mosè u Elija li dehru fil-glorja jitħaddtu dwar tmiem ħajtu li kellu jseħħ f’Ġerusalemm. It-tliet Evanġelji li għandna r-rakkont tat-trasfigurazzjoni fihom: l-Evanġelju ta’ San Mark, l-Evanġelju ta’ San Mattew u l-Evanġelju ta’ San Luqa. Huwa l-Evanġelju ta’ Luqa biss li jgħidilna x’kienu qed jitkellmu Mosè u Elija meta kienu qed jitħaddtu ma’ Ġesù. Fl-Evanġelju ta’ San Mark u ta’ San Mattew jgħidulna biss li dehru Mosè u Elija jitħaddtu miegħu… Read more »

God saves us through our brothers and sisters – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hemm diversi mumenti ta’ dan id-djalogu bejn Ġesù u Pietru li għadna kemm smajna, li jibqgħu mmarkati f’qalbna. Ġesù jgħid kliem li hu ta’ kuraġġ. Meta jibżgħu mid-dehra tiegħu miexi fuq il-baħar, jgħidilhom: “Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn!” (Mt 14:27). Min jaf kemm mumenti fil-ħajja tagħna, ngħaddu minn sitwazzjonijiet ta’ diffikultà kbira u jkollna bżonn nisimgħu din il-Kelma tal-Mulej… Read more »

“What is the value of having wealth but not having love?” – The Archbishop

  The Parish Church of St Anne, Marsaskala

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ilkoll nafu kemm jista’ joħloq inkwiet dan l-imbierek wirt. Donnu Ġesù xamma din il-ħaġa meta wieħed mill-folla staqsih biex jgħid lil ħuh jaqsam il-wirt miegħu (Lq 12:13). Imma mbagħad immedjatament jispjegalna fuq xiex għandna noqgħodu tassew attenti u juża din il-kelma qawwija: “Iftħu għajnejkom, ħarsu rwieħkom minn kull rebgħa”. Hu jispjegalna “għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam,” jgħid, “ħajtu ma tiddependnix mill-ġid li jkollu” (Lq 12:15)… Read more »

How will I give value to my life? – The Archbishop

Mass on the 50th anniversary of the priestly ordination of Fr Mosè Borg

  The Parish Church of the Transfiguration, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna mdorrijin inkejlu s-suċċess ta’ din id-dinja bil-ġid li dak li jkun ikollu mrekken u mfakkar. Anke l-ulied, kultant, iħarsu lejn il-ġenituri bħala investiment. X’se jħallulna? Ħafna drabi mal-wirt jiġi wkoll ħafna inkwiet.

Fil-fatt, l-Evanġelju tal-lum jibda proprju b’din is-sitwazzjoni, ta’ tilwim bejn l-aħwa dwar il-wirt. Ġesù jirrifjuta li jidħol f’din il-bixkla għax, kif nafu, ftit hemm soluzzjonijiet ġusti f’dawn l-affarijiet… Read more »

“Let us allow the Lord to mould us” – The Archbishop

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-parabbola meħuda minn kapitlu 13 ta’ San Mattew, Ġesù ma jaħbix it-tagħlim dwar il-ġudizzju finali. X’inhu dan? Huwa l-ġudizzju li jimmarka d-destin tagħna wara din il-ħajja. Dan huwa destin li aħna niddeċieduh minn issa. Il-mod kif nistgħu nevitaw il-ġudizzju tal-kundanna huwa li minn issa nitgħallmu nafdaw u nirrikorru lejn il-ħniena ta’ Alla.

Anke fil-mument tal-ġudizzju se jkun hemm ukoll il-ħniena ta’ Alla; l-offerta ta’ Alla li nilqgħu l-ħniena tiegħu… Read more »

The choice to squander our heritage or make it flourish – The Archbishop

Mass on the 25th anniversary of the establishment of the National Auditor's Office (NAO)

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-istedina ta’ Ġesù tirrepeti ruħha diversi drabi fl-Evanġelju: “Min għandu widnejn ħa jisma’!” (Mt 13:43). Qed jgħid hekk għax il-kliem li għadna kemm smajna, li hu tifsira li jagħti ta’ waħda mill-parabboli – il-parabbola tas-sikrana fl-għalqa, propju huma kliem li jimpenjawna ħafna.

Jista’ jkun ukoll li wieħed jgħid kemm huma kliem qawwija dawn meta l-Mulej jitkellem dwar il-konsegwenzi tal-għażliet tagħna… Read more »