• Il‑Knisja f’Malta tifraħ filwaqt li tirringrazzja lil Alla għall‑ordinazzjoni ta’ disa’ saċerdoti. L‑ordinazzjoni presbiterali ta’ dawn iż‑żgħażagħ – żewġ djakni djoċesani u seba’ reliġjużi – ser issir nhar is-Sibt, 7 ta’ April 2018,  fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fid‑9:15 a.m. Id-disa’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Charles J. Scicluna huma:

    • Fra Alan Joseph Adami tal-Ordni tal-Predikaturi,
    • Fra Jethro Bajada tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini,
    • Rev. Anton D’Amato mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina Verġni u Martri, iż-Żurrieq,
    • Rev. Bernard Micallef mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien,
    • Rev. Kenneth Micallef, Salesjan ta’ Dun Bosco,
    • Fra Kurt Mizzi tal-Ordni Karmelitan,
    • Fra Elmar Pace tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini,
    • Rev. Giovann Tabone tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl u
    • Rev. Alex Zammit tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl.

    Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑ordinazzjoni presbiterali u biex jitlob għal aktar vokazzjonijiet u għall‑qdusija tas‑saċerdoti, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati saċerdoti nhar is-Sibt li ġej.