• It-Tlieta 12 ta’ April 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna laqa’ lil Fr Cyril Axelrod, fi żjara ta’ korteżija fil-Kurja tal-Arċisqof il-Furjana. Fr Cyril huwa saċerdot tal-Ordni Redemptorista, li ħadem fost persuni neqsin mis-smigħ fil-pajjiżi tal-Afrika t’Isfel, iċ-Ċina u l-Ingilterra. Huwa ppreżenta l-bijografija tiegħu fi ktieb, bl-isem, ‘U Jibda l-Vjaġġ’ lill-Arċisqof, tradott għall-Malti minn Fred Bezzina. 
  • ‘Dun Cyril Axelrod ta kontribut uniku u profond lid-dinja…mhux minkejja n-nuqqas ta’ smigħ u tad-dawl imma minħabba fih. L-Istorja tiegħu tqanqal u tispira u hi l-vjaġġ ta’ raġel f’ħajja ta’ kompassjoni u ħarsien tal-oħrajn.’

    Oliver Shacks, awtur ta’ Awakenings, The Man Who Mistook His Wife For A Hat, Seeing Voices u An Anthropoligist on Mars.
  • ‘Kemm hu tal-għaġeb li n-nuqqas ta’ smigħ u tad-dawl tiegħu kabbar flok ċekken l-univers tiegħu, u kemm jispira lilna l-oħrajn! Smajt il-vuċi ġentili tiegħu u rajt it-tħaddin tiegħu tad-diversità u nħossni mqanqal minnhom.’ 

    Harlan Lane, awtur ta’ When the Wind Hears, Mask of Benevolence, u Wild Boy of Aveyron
  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja