• The Archbishop and Auxiliary Bishop during the Christmas and New Year Celebrations

  • Il-funzjonijiet reliġjużi li ser imexxu l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni tal-Milied jibdew fil-Lejl tal-Milied.
    It-Tlieta 24 ta’ Diċembru, l-Arċisqof Cremona jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali Konċelebrata fil-Katidral, l-Imdina. Il-funzjoni tibda fil-11.00 p.m. b’kant ta’ għanjiet tal-Milied u l-prietka tat-tifel. Fil-11.30 a.m. tibda translazzjoni ta’ Ġesù Bambin li tkompli biċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa.
    F’ Jum il-Milied, l-Erbgħa 25 ta’ Diċembru, l-Arċisqof imexxi Quddiesa Stazzjonali Konċelebrata fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fid-9.30 a.m. Din il-Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq TVM.
    F’ Jum il-Milied, l-Isqof Charles J. Scicluna imexxi Quddiesa Konċelebrata fil-Katidral tal-Imdina, fid-9.30 a.m.
    Fil-31 ta’ Diċembru, l-Arċisqof imexxi Konċelebrazzjoni tal-aħħar tas-Sena, li ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6 p.m. Jitkanta wkoll it-Te Deum.
    Fl-1 ta’ Jannar 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. imexxi konċelebrazzjoni ta’ Jum il-Paċi li ssir fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6.00 p.m. Jitkanta wkoll Veni Creator.