Il-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-xogħol se torganizza nofs ta’ nhar seminar f’Dar l-Ewropa, Valletta, nhar l-Erbgħa 26 ta’ Ottubru 2011. Peress li din is-sena hija ddedikata lil volontarjat, dan is-seminar ser jiffoka fuq kif din it-tema torbot mad-dinja tax-xogħol.

Il-Kummissjoni, f’Lulju li għadda, ħarġet paper fuq ‘Min iħaddem u x-xogħol volontarju (Employers and Voluntary Work) li titkellem fuq kif il-Knisja tħares lejn ix-xogħol volontarju fid-dinja tax-xogħol, u anke xi suġġerimenti ta’ kif min iħaddem jista’ jippromwovi l-ħidma volontarja. Dan is-seminar ikompli japprofondixxi din it-tema.

Għal dan is-seminar huma mistiedna min iħaddem, l-unions u anke għaqdiet li jaħdmu fil-volontarjat. Il-Kelliem principali hija Ms AnneRose Toledo li hi koordinatur tal-Voluntary Unit, Caritas Malta u anke membru fil-EYV workteam Caritas Europe. Ikun hemm interventi min dawk preżenti u anke ħin għal diskussjoni u proposti.