Nhar it-13 ta` Awissu, 2010, ser nagħtu bidu uffiċċjali għas-sena tal-World Youth Day 2011. L-attivita` ser tieħu forma ta` Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Kunċert ta` mużika Kristjana f’atmosfera ta` festa għaż-żgħażagħ. Din ser issir fl-Imġarr, Malta bil-kollaborazzjoni taz-żgħażagħ Imġarrin li ġew ikkummissjonati li jikkoordinaw din il-festa. Il-Parroċċa tal-Imġarr tkun qed tħejji għall-festa ta` Santa Marija, u għalhekk ser ningħaqdu maż-żgħażagħ Imġarrin f’festa waħda.

Mons. Arċisqof Pawlu Cremona ser jiċċelebra Quddiesa flimkien mas-Saċerdoti  li jixtiequ jkunu preżenti għal din l-okkażżjoni, u ser jagħti bidu uffiċċjali għal-mixja ta` Fidi li ser nagħmlu flimkien matul is-sena li ġejja, bit-tema:

“Niżżlu għeruqkom fih, u ibnu il-ħajja tagħkom fuqu: issaħħu fil-fidi”.(Kol 2:7).

Inħeġġu lil dawk iż-żgħażagħ kollha li beħsibhom jieħdu l-impenn li matul is-sena Awissu 2010/Awissu 2011 jaghmlu mixja flimkien ma` sħabhom sabiex jissaħħu fil-fidi bis-serjeta, sabiex jingħaqdu flimkien għal din iċ-ċelebrazzjoni. Din ser tkun xhieda ta` l-impenn u l-entusjażmu taż-żgħażagħ li jagħmlu esperjenza personali ma` Kristu fi Knisja waħda. Qed jigu mistiedna sew dawk li ser jagħmlu l-esperjenza f’Madrid, kif ukoll dawk li le, sew dawk li ser imorru Madrid fi grupp jew għaqda, sew dawk li ser jitilgħu mal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.

Niltaqgħu fil-pjazza tal-Imġarr sabiex nagħtu bidu għaċ-ċelebrazzjoni fit-8:00pm.

Nitolbukom li tinfurmaw u tħeġġu liż-żgħazagħ sabiex jattendu. Jekk għandkom bżonn aktar informazzjoni ikkuntattjawna fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ KDŻ info@kdz.org.mt jew Tel: 21484506 matul in-nofs ta` nhar ta` filgħodu.

Fr. Savio Vella sdb

Delegat tal-Arċisqof għaż-Żgħażagħ

Promo Uffiċċjali għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2010: