Illum il-Ħadd, 23 ta’ Ottubru 2011 fis-7.10 p.m., fid-Dar Santa Katarina, Ħ’Attard, fejn kien rikoverat, is-Sur Joseph M. Cremona, missier l-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona O.P., irritorna lejn il-Ħallieq fl-eta’ ta’ 95 sena. Gawduh f’ħajtu: martu Josephine nee’ Cauchi, ibnu l-ieħor Carmel (k/a Lino) u martu Mary Helen u bintu Marie Louise, in-neputijiet Marco u martu Joanne, Stefano u martu Nicolette u Johann, kif ukoll il-pro-neputijiet Luigi, Gianluca, Lara u Sam.

Il-funeral tas-Sur Joseph M. Cremona ser isir nhar l-Erbgħa 26 ta’ Ottubru 2011. Jitlaq mid-Dar S. Katarina, Ħ’Attard, fis-1.15 p.m. għas-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta fejn issir Quddiesa presente cadavere fis-2.00 p.m. Wara ssir id-difna fil-qabar tal-familja fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata.